Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT 80% tal-Għawdxin iħossu li d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità f’Malta u Għawdex huma rrispettati sew

pr241938
Date Icon 28/11/2024

600 persuna Għawdxija b'diżabilità f'impjieg - żieda ta' 7%


80% tal-parteċipanti Għawdxin ħassew li d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità f'Malta u Għawdex huma rrispettati sew, skont stħarriġ ikkummissjonat mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (CRPD) aktar kmieni din is-sena. Ġie spjegat ukoll kif bħalissa hemm kważi 600 persuna b'diżabilità Għawdxija fid-dinja tax-xogħol li jfisser żieda ta' 7% fuq is-sitt xhur li għaddew.


Dan tħabbar mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia waqt konferenza nazzjonali li l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità organizzat ġewwa Għawdex.


Mill-istudju, ħareġ ukoll li 85% tal-Għawdxin jemmnu li c-CRPD hija effettiva ħafna fl-interventi tagħha favur persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom, filwaqt li 78% jaħsbu li persuni b'diżabilità jiffaċċjaw realtà partikolari f'Għawdex meta kkumparat ma' Malta. Dawn ir-riżultati jiriflettu l-impenn tac-CRPD favur il-ħidma ta' drittijiet ta' persuni b'diżabilità.

Il-Ministru Julia Farrugia enfasizzat l-importanza li l-pajjiż ikompli jinvesti f'aktar riżorsi għall-Għawdxin.  “Dan l-istħarriġ jikkonferma kemm huwa importanti li nkomplu naħdmu biex nindirizzaw l-isfidi uniċi li jiffaċċjaw persuni b'diżabilità f'Għawdex, partikolarment fl-oqsma tal-impjiegi, l-aċċessibilità u l-edukazzjoni. Għandna l-impenn li nsaħħu l-infrastruttura u s-servizzi għal Għawdex sabiex ngħinu lil kulħadd jgħix ħajja aktar indipendenti u dinjituża."

“L-għan tagħna hu li kull persuna b'diżabilità tħoss li d-drittijiet tagħha huma rikonoxxuti u rispettati, kemm f'Għawdex kif ukoll f'Malta. Huwa għalhekk li fiż-żmien li ġej, l-għaqda Voice For Inclusion ser tibda' topera wkoll fil-hub t'Għajnsielem, kif ukoll li persuni b'diżabilità Għawdxin ser jibda jkollhom rappreżentanza fuq żewġ bordijiet tal-Gvern; il-board ENGAGE li jarbel id-deċiżjonijiet b'rabta mas-settur tad-diżabilità u l-kumitat konsultattiv dwar l-awtiżmu", temmet tgħid il-ministru.


Min-naħa tagħha, il-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità Rhoda Garland tkellmet dwar kif ic-CRPD hija konxja sew mill-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw persuni b'diżabilità f'Għawdex. “Aħna nħossu li l-politiki u s-servizzi kollha għall-persuni b'diżabilità f'Għawdex għandhom jinkludu b'mod dirett persuni b'diżabilità Għawdxin. Huwa propju f'dan il-kuntest li l-motto “Nothing About Us Without Us" tan-Nazzjonijiet Magħquda jsir aktar relevanti għal Għawdex," temmet tgħid is-Sinjura Garland.


Meta mistoqsija x'jaħsbu li huma l-aktar kwistjonijiet urġenti fis-settur tad-diżabilità f'pajjiżna, il-parteċipanti Għawdxin fissru kif: iż-żieda fil-perċezzjoni pubblika (90%), l-impjieg (85%), l-abbuż tal-blue badge (85%), l-aċċessibilità fiżika (84%), it-taħriġ u servizzi mtejba (80%), edukazzjoni inklużiva (70%), aktar aċċessibilità sensorjali (70%), u d-deistituzzjonalizzazzjoni (68%), fost temi oħra, huma l-iktar pertinenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT 80% tal-Għawdxin iħossu li d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità f’Malta u Għawdex huma rrispettati sew
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT 80% tal-Għawdxin iħossu li d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità f’Malta u Għawdex huma rrispettati sew
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT 80% tal-Għawdxin iħossu li d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità f’Malta u Għawdex huma rrispettati sew
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow