Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Pajjiż ta’ Kwalità: Jitħabbru r-riżultati tas-Screen Support Scheme

pr241937
Date Icon 28/11/2024

• €1 miljun f'fondi investiti fi 23 proġett ta' films permezz ta' din l-iskema

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, ħabbar ir-riżultati tas-Screen Support Scheme, li għall-ewwel darba qed tiġi amministrata mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Din l-iskema rat l-investiment fil-produzzjonijiet lokali jiżdied għal €1 miljun, mifrux fuq fergħat ewlenin differenti. Qabel ma nħarġet l-iskema, seħħ proċess intensiv ta' riċerka u konsultazzjoni fejn ġew identifikati l-oqsma ewlenin li jeħtieġu appoġġ immedjat.

L-iskema għandha l-għan li tiffaċilita l-ħolqien ta' proġetti maħsuba għall-wiri teatrali, festivals, u xandir (inklużi pjattaformi VOD/SVOD), li huma kkunsidrati li jagħmlu kontribut validu għall-espressjoni tal-kreattività u l-kultura, u li huma prodotti skont livelli internazzjonali. L-iskema tinkludi proġetti tal-animazzjoni, dokumentarji, kif ukoll programmi kulturali.

Il-fergħat eliġibbli jkopru l-kitba ta' skripts, il-fażi ta' żvilupp, kif ukoll il-fażi ta' produzzjoni ta' films qosra, feature films, kif ukoll programmi kulturali. Il-Kunsill irreġistra 58 applikazzjoni eliġibbli minn entitajiet awdjoviżivi indipendenti. Minn dawn, 23 proġett ser jingħataw il-fondi.

“Il-film indiġenu jirrappreżenta parti importanti u intrinsika mis-setturi kreattivi, u din l-iskema, kif inhi ristrutturata taħt l-amministrazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti, tirrifletti din l-importanza. Dan il-gvern jagħti widen għal dak li għandu xi jgħid is-settur, u għalhekk din l-iskema għandha tiġi meqjusa bħala opportunità oħra kif nistgħu nsaħħu dan l-aspett tas-setturi kulturali u kreattivi," sostna l-Ministru Bonnici.

Huwa kompla li qed jaħdmu id f'id mal-partijiet interessati biex ikomplu jtejbu l-mekkaniżmi tal-iskema. Huwa semma wkoll kif ġie mħabbar li fil-Budget 2025, għas-sena d-dieħla, l-allokazzjoni finanzjarja għal din l-iskema se titla' għal €2 miljun. “Aħna se nkomplu naħdmu biex dan is-settur ikompli jirċievi l-appoġġ meħtieġ biex niżguraw li din l-industrija tiffjorixxi," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

L-Uffiċjal Kap tal-Operat Fondi u Strateġija fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, Mary Ann Cauchi, enfasizzat l-importanza tal-pilastri ewlenin li jiffurmaw parti mill-iskema. “Il-Kunsill dejjem enfasizza r-rwol tiegħu sabiex jissalvagwardja l-iżvilupp dinamiku tal-karatteristiċi kulturali tagħna, filwaqt li nibnu ekonomija kreattiva sostenibbli fl-aktar sens wiesa', f'konformità mal-Istrateġija tal-Kunsill. Dan jinkludi wkoll is-setturi tal-film indiġenu, li qed jissaħħu permezz ta' din l-iskema. Qed nintroduċu wkoll spazju għall-applikanti li huma ġodda fis-settur billi noffrulhom appoġġ permezz ta' mentoraġġ. Dan l-approċċ huwa wkoll f'konformità mal-prinċipji tal-istrateġija nazzjonali tagħna."

Biex taċċessa r-riżultati agħfas hawn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Pajjiż ta’ Kwalità: Jitħabbru r-riżultati tas-Screen Support Scheme
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Pajjiż ta’ Kwalità: Jitħabbru r-riżultati tas-Screen Support Scheme
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Pajjiż ta’ Kwalità: Jitħabbru r-riżultati tas-Screen Support Scheme
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Pajjiż ta’ Kwalità: Jitħabbru r-riżultati tas-Screen Support Scheme
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Pajjiż ta’ Kwalità: Jitħabbru r-riżultati tas-Screen Support Scheme
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow