STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ir-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppreżentat lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
PR241928
27/11/2024
Illum, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, laqa' lill-Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Dr George Marius Hyzler, fi żjara ta' kortesija.
Matul il-laqgħa, Dr Hyzler ippreżenta kopja tar-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2023 lill-Ispeaker.
L-Ispeaker esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma ta' Dr Hyzler fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri u nnota li r-rapport se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt is-seduta tal-lum.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN