Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Ġnien ġdid li joffri spazju ta’ paċi għall-pazjenti ta’ Hospice Malta

pr241924
Date Icon 27/11/2024

Ġnien iddisinjat minn Project Green u Hospice Malta joffri post ta' trankwillità lir-residenti li jirċievu kura palljattiva

Kollaborazzjoni bejn Project Green u Hospice Malta wasslet għal ħolqien ta' ġnien mill-isbaħ ġewwa l-faċilità ta' Hospice Malta f'Santa Venera, spazju ta' rilassament biex jitgawda mir-residenti ta' Hospice u l-membri tal-familja tagħhom. L-għan huwa li l-ġnien joffri mumenti ta' serenità lill-pazjenti li qed jiffaċċjaw sfidi ta' mard serju u jgħin biex joħloq memorji ġodda flimkien mal-maħbubin tagħhom.

Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv ta' Project Green Joseph Cuschieri, flimkien maċ-Chairperson ta' Hospice Malta Bernardette Bonnici Kind u l-Kap Eżekuttiv Kenneth Delia żaru l-ġnien hekk kif tlesta, li jkopri medda ta' 2,700 metru kwadru.

Żaru l-ġnien ukoll residenti li diġà jinsabu ġewwa l-kumpless f'Santa Venera. Huma esprimew is-sodisfazzjon tagħhom li dan l-ispazju qed joffrilhom elementi naturali fl-istess post li qed jgħixu fih.

Il-ġnien tfassal b'tali mod li jindirizza l-ħtiġijiet tar-residenti ta' Hospice u l-familji tagħhom. Il-kunċett tad-disinn huwa mibni fuq aċċessibilità, fejn is-sodod tar-residenti jistgħu jinħarġu fil-ġnien. Is-siġar, fjuri u arbuxelli ntgħażlu skont il-benefiċċji terapewtiċi li joffru filwaqt li l-karatteristiċi tal-ilma jgħinu biex joħolqu ambjent aktar seren.

“Il-Ġnien tal-Hospice San Mikiel huwa eżempju ċar ta' kif nistgħu noħolqu spazji li jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta' dawk li għandhom bżonn serħan u kura, b'mod speċjali fl-aktar mumenti diffiċli f'ħajjithom. Inħossni kburija illi b'dan il-proġett qed ngħinu lil Hospice Malta jkomplu joffru servizz mill-aktar bżonnjuż għall-pazjenti," stqarret il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Ġnien jinkludi żoni dedikati għall-membri tal-familja u t-tfal li jiġu jżuru lill-pazjenti, inkluż tagħmir tal-logħob. Ġie installat ukoll ġibjun għall-ilma tax-xita li se jintuża għat-tisqija. Is-siġar imħawla se joffru kenn mix-xemx.

Il-Perit Katrina Grech Mallia qalet, “Ridna noħolqu spazju li jissimbolizza l-paċi u l-inklużività, u li jindirizza kemm il-bżonnijiet funzjonali ta' ġnien għall-Hospice kif ukoll il-benefiċċji terapewtiċi tan-natura. Kull element ġie magħżul b'attenzjoni biex jippromwovi l-elementi ta' kura palljattiva."

Min-naħa tagħha ċ-Chairperson ta' Hospice Malta, Bernadette Bonnici Kind stqarret, “Dan il-ġnien huwa xhieda tal-impenn tagħna biex nipprovdu kumdità, paċi, u dinjità lill-pazjenti tagħna u lill-familji tagħhom f'mumenti ta' sfida. Nirringrazzjaw lill-Project Green talli appoġġaw il-missjoni tagħna u ħadu ħsieb l-iżvilupp ta' dan il-ġnien, li se jservi bħala spazju sinifikanti kemm għall-pazjenti kif ukoll għall-maħbubin tagħhom."

Dan il-ġnien sar b'investiment ta' €1.2 miljun minn Project Green permezz tal-Community Greening Grant.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Ġnien ġdid li joffri spazju ta’ paċi għall-pazjenti ta’ Hospice Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Ġnien ġdid li joffri spazju ta’ paċi għall-pazjenti ta’ Hospice Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Ġnien ġdid li joffri spazju ta’ paċi għall-pazjenti ta’ Hospice Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Ġnien ġdid li joffri spazju ta’ paċi għall-pazjenti ta’ Hospice Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow