STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Rapporti ta’ segwitu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika – 2024 (Volum II)
L-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra, Anġlu Farrugia, it-tieni volum ta' rapporti ta' segwitu għas-sena 2024 li jinkludi r-riżultati ta' ħames rapporti ta' segwitu b'rabta ma' verifiki li twettqu fl-aħħar snin.
Bħalma kien fil-każ tal-ewwel ġabra ta' rapporti ta' segwitu, l-iskop kien li jevalwa kemm ġiet segwita l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet prinċipali li l-Uffiċċju kien għamel fir-rapporti oriġinali.
Saret analiżi tar-rata ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula minn dan l-Uffiċċju fuq il-verifiki ta' Teknoloġija Informatika u ta' Prestazzjoni li ġejjin:
Verifika ta' rapport ta' segwitu mis-Sezzjoni tal-Informazzjoni Teknoloġika
- IT Audit – IT Asset Management across Government Ministries and Departments
Verifika ta' rapporti ta' segwitu mis-Sezzjoni tal-Verifika ta' Prestazzjoni
- A strategic Overview on the Correctional Services Agency's Operations at the Corradino Correctional Facility
- The effectiveness of plastic waste management in Malta
- Assisting Individuals with Dementia and their Caregivers within the Community
- The COVID-19 pandemic – Business continuity within the Public Administration
L-NAO jinnota li, fil-każ ta' verifiki inklużi f'dan ir-rapport, 77 fil-mija tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu jew ġew implimentati, bis-sħiħ jew parzjalment, jew kienu fil-proċess li jiġu implimentati mill-ministeri jew mill-entitajiet konċernati.
Din il-pubblikazzjoni hi aċċessibbli minn fuq is-sit uffiċjali tal-NAO www.nao.gov.mt jew mill-paġna tal-Facebook tal-Uffiċċju www.facebook.com/NAOMalta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN