Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI L-FSWS bi 30 sena ta’ servizz fil-qasam tal-vjolenza domestika

pr241913
Date Icon 25/11/2024

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) iċċelebrat it-30 sena ta’ servizzi speċjalizzati sabiex jgħinu vittmi ta’ vjolenza domestika. Ħidma li tagħmel enfasi sabiex tara illi kemm jista’ jkun, l-ebda persuna ma tkun esposta għall-ambjent li jipperikola lilha jew lil ta’ madwarha, speċjalment fil-preżenza tat-tfal.

Dan kollu seħħ waqt konferenza bit-tema ‘Inqumu għall-vittmi ta’ vjolenza domestika’ taħt il-patrunaġġ tal-President Myriam Spiteri Debono.

L-FSWS tħaddem għexieren ta’ professjonisti soċjali li juru dedikazzjoni speċjali, sabiex jagħtu appoġġ, tama u kuraġġ fit-tul lill-klijenti li ħafna drabi ma jkollhomx aktar fejn iduru. L-aħħar investiment tal-FSWS f’dan il-qasam huwa dak tas-Santa Luċija Hub, li beda jopera fi Frar li għadda u li żied il-preżenza ta’ dawk magħrufa bħala ‘risk assessment teams’ li jikkomunikaw dirett mal-kwartieri tal-pulizija f’każijiet gravi u ta’ detriment serju għal persuna li qed tesperjenza l-vjolenza.

Il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono stqarret li dawn is-servizzi huma ntiżi sabiex jipproteġu u jsaħħu lill-vittmi, u huma riżorsi vitali għal dawk li qed isofru l-vjolenza. 

‘‘Inħeġġeġ lin-nisa kollha li għaddejjin minn sitwazzjoni ta’ vjolenza domestika biex jagħmlu użu mis-servizzi ta’ appoġġ disponibbli, minn counselling għal assistenza legali, li jipprovdu mezzi siguri għall-fejqan u indipendenza,’’ saħqet il-President Myriam Spiteri Debono. 

Fid-diskors tagħha, mart il-Prim Ministru Lydia Abela, tat ħarsa lejn il-ħidma li qed titwettaq u l-miżuri li qed ikomplu jittieħdu fit-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-vjolenza domestika. Saħqet ukoll li trid tkompli tintensifika l-ħidma ma’ min qed iwettaq din il-vjolenza sabiex nifhmu għaliex dawn is-sitwazzjonijiet iseħħu u biex nieqfulha flimkien darba għal dejjem. Hija kompliet tenfasizza fuq l-importanza tal-edukazzjoni sa minn età żgħira li tibqa’ għodda importanti biex tiġi indirizzata din ir-realtà.

“Illum mhux biss nawgura li f’dawn il-jiem t’attiviżmu nkomplu nqajmu l-kuxjenza u l-għarfien li dejjem hemm bżonn iżda fuq kollox noffru kuraġġ u ngħinu bl-aqwa mod possibbli lin-nies. Flimkien għandna nħossuna parti minn kampanja nazzjonali biex nieqfu flimkien lill-vjolenza abbażi tal-ġeneru u lill-vjolenza domestika,” temmet tgħid Dr Lydia Abela.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon tkellem dwar kif dan il-Gvern kompla jinvesti f’shelters u spazji siguri għall-vittmi, dan filwaqt li ssaħħu l-istrutturi legali u żdiedu dawk li huma partnerships ma’ organizzazzjonijiet non-governattivi f’dan is-settur. Huwa tkellem dwar inizjattivi futuri li jistgħu jkomplu jissaħħu, bħall-aktar edukazzjoni dwar il-pjaga tal-vjolenza domestika minn etajiet żgħar, u aktar soluzzjonijiet innovattivi bħal ‘tech safety tools’ li jgħinu  sabiex ikun identifikat u rrappurtat każ ta’ vjolenza.

“Inħares ’l quddiem lejn futur fejn inkomplu nagħmlu l-almu tagħna biex kull persuna tgħix ’l bogħod mill-biża’. Dan ifisser li mhux biss nindirizzaw il-vjolenza domestika, iżda nħolqu soċjetà li tipprevjeni li din isseħħ l-ewwel u qabel kollox,” saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Fl-intervent tagħha, s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg tkellmet dwar l-importanza li l-problema tal-vjolenza domestika tkun trattata b’mod kollettiv u kordinat u għalhekk it-tema ta’ din is-sena tal-kampanja ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika hija ‘Nieqfu Flimkien. Flimkien Infiqu’.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li l-FSWS kienet minn ta’ quddiem fil-ħidma biex tagħti protezzjoni u kenn lill-vittmi tal-vjolenza domestika. Hija qalet li kibret is-sensittività għal din il-pjaga tal-vjolenza domestika u nnutat kif kiber l-impenn minn kulħadd biex tkun miġġielda l-vjolenza domestika. Qalet li indikazzjoni ta’ dan huwa l-fatt li qatt daqs illum ma kien hemm persuni l-ħabs fuq reati ta’ vjolenza domestika tant li bħalissa hemm kważi 60 persuna sentenzjati jew b’arrest preventiv.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI L-FSWS bi 30 sena ta’ servizz fil-qasam tal-vjolenza domestika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI L-FSWS bi 30 sena ta’ servizz fil-qasam tal-vjolenza domestika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI L-FSWS bi 30 sena ta’ servizz fil-qasam tal-vjolenza domestika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI L-FSWS bi 30 sena ta’ servizz fil-qasam tal-vjolenza domestika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow