Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Pajjiż ta’ Kwalità: Inawgurat Ġnien l-Indipendenza f’Birżebbuġa, spazju għall-komunità

pr241912
Date Icon 25/11/2024

Il-komunità ta' Birżebbuġa issa tista' tgawdi minn Ġnien l-Indipendenza aktar aċċessibbli u sigur grazzi għax-xogħol ta' riġenerazzjoni mill-Ministeru għall-Ambjent, permezz tal-aġenzija Project Green.

Ġnien l-Indipendenza huwa spazju importanti għall-villaġġ ta' Birżebbuġa. Ix-xogħol sar b'konsultazzjoni sħiħa mal-kunsill lokali biex il-ġnien ikun jista' jaqdi l-funzjoni tiegħu bħala spazju komunitarju.

Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli żaret dan il-post ġdid flimkien mat-tmexxija ta' Project Green u l-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa. “Dan il-proġett huwa parti minn viżjoni li nkomplu noħolqu spazji miftuħa fil-komunitajiet kollha u nsaħħu l-kwalità tal-ħajja b'mod konkret. Birżebbuġa jistħoqqlu spazju bħal dan ­— ġnien li fih tiltaqa' l-komunità u li issa huwa wkoll sabiħ fid-dehra tiegħu," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-ġnien ikopri 1,700 metru kwadru u ilu għal snin twal f'kundizzjoni ħażina, bi problemi strutturali. Il-proġett ta' riġenerazzjoni jinkludi ħitan ġodda, tħawwil ta' tmien siġriet ġodda, livellar tal-art, tagħmir ġdid u canopies sabiex jiżdied il-kenn. Għal spazju aktar aċċessibbli, żdiedu wkoll ir-rampi fid-dħul tal-ġnien Project Green implimentat elementi iktar ambjentali permezz tal-użu ta' materjali iktar sostenibbli u sistema ġdida ta' irrigazzjoni effiċjenti.

F'isem Project Green il-Perit u c-Chief Operations Officer Beverley Costa, enfasizzat l-importanza li jinħoloq spazju li jgħaqqad il-funzjonalità mas-sostenibbiltà. “Il-viżjoni tagħna għal Ġnien l-Indipendenza kienet li noħolqu spazju komunitarju f'Birżebbuġa li jservi kemm bħala post fejn il-komunità tista' tiltaqa', kif ukoll bħala kenn ta' mistrieħ. Daħħalna elementi li jħeġġu r-rilassament u l-aċċessibilità, filwaqt li nirrispettaw l-ambjent naturali. Dan il-proġett huwa pass ieħor sinifikanti lejn il-bini ta' spazju urban li jrawwem sens ta' komunità," qalet il-Perit Costa.

F'isem il-kunsill lokali ta' Birżebbuġa, is-Sindku Scott Camilleri stqarr li dan il-proġett huwa wieħed minn sensiela ta' inizjattivi li Project Green qed twettaq flimkien mal-Kunsill ta' Birżebbuġa. “Ġnien l-Indipendenza, wieħed mill-ewwel ġonna stabbiliti fil-lokalità, kellu bżonn restawr u modernizzazzjoni biex jaqdi aħjar il-ħtiġijiet tal-komunità fil-preżent. Dan il-proġett huwa xhieda tal-impenn tal-Kunsill biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja għar-residenti kollha," tenna s-Sindku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Pajjiż ta’ Kwalità: Inawgurat Ġnien l-Indipendenza f’Birżebbuġa, spazju għall-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Pajjiż ta’ Kwalità: Inawgurat Ġnien l-Indipendenza f’Birżebbuġa, spazju għall-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Pajjiż ta’ Kwalità: Inawgurat Ġnien l-Indipendenza f’Birżebbuġa, spazju għall-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Pajjiż ta’ Kwalità: Inawgurat Ġnien l-Indipendenza f’Birżebbuġa, spazju għall-komunità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow