Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Pajjiż ta’ Kwalità: Imħabbra numru ta’ azzjonijiet ġodda li jsaħħu d-djalogu soċjali f’pajjiżna

pr241899
Date Icon 22/11/2024

Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, se jkun qiegħed jissaħħaħ permezz ta' numru ta' azzjonijiet li tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul.

Matul konferenza tal-aħbarijiet, is-segretarju parlamentari ħabbar li għall-ewwel darba, l-MCESD se jkollu kap eżekuttiv biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni tal-Kunsill u biex id-djalogu soċjali ma jkunx biss għan, iżda mezz dwar kif jinkisbu riżultati konkreti. Ewlenin fosthom biex l-ekonomija ta' pajjiżna tkompli tissaħħaħ, ikomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi b'mod olistiku u sostenibbli.

Deċiżjoni oħra li se tkun qed issaħħaħ il-funzjoni tal-Kunsill hija t-twaqqif ta' unit ta' riċerka immirat li jkun ta' sostenn għall-imsieħba soċjali. “Dan mhux biss se jfisser żieda fil-kapaċità amministrattiva imma sinjal ta' serjetà u impenn lejn id-djalogu soċjali f'pajjiżna," spjega s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul.

Minbarra t-twaqqif ta' dan il-unit ta' riċerka se jkun hemm ukoll it-twaqqif tal-Young Shapers Forum, li ser ikun magħmul minn żgħażagħ ta' bejn il-11 u l-15-il sena li se jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom dwar suġġetti u temi li se jkunu diskussi fl-MCESD. Dan se jkun qed isir bl-għajnuna tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal li se jkun qiegħed jispjega t-temi lil dawn iż-żgħażagħ, u sussegwentement huma jsemmgħu leħinhom dwar dak li jkun ġie spjegat lilhom. Dan huwa pass importanti għaliex ser inkunu qegħdin nagħtu vuċi b'saħħitha liż-żagħżagħ tagħna biex joffru l-fehmiet tagħhom dwar kif jixtiequ li pajjiżna jkun fil-futur.

Ir-raba' azzjoni li tħabbret u li se tkun qed issaħħaħ id-djalogu soċjali hija t-twaqqif ta' struttura governattiva fi ħdan is-Servizz Pubbliku. Din l-entità, spjega Andy Ellul, se tkun qed tiżgura li tikkordina aħjar il-konsultazzjonijiet pubbliċi li jsiru mill-ministeri u l-entitajiet tal-gvern. L-entità se tkun qed  tassigura li n-nies u l-partijiet interessati jkunu infurmati b'dan l-eżerċizzju, tiġbor ir-rispons kollu u tassigura li dan jasal għand il-partijiet kollha interessati bl-aktar mod strutturat.

Din l-istruttura ser tkun ukoll iddedikata biex tiġbor għarfien f'suġġetti li jkunu qegħdin jiġu diskussa speċjalment fuq livell Ewropew u li jolqtu direttament lill-ħaddiema, lil min iħaddem u lill-imsieħba soċjali kollha. L-entità se tkun qed taħdem mill-viċin ma' Servizzi Ewropej f'Malta bil-għan li jiġu analizzati regolamenti, direttivi u leġislazzjonijiet fi Brussell u li jolqtu lil pajjiżna, biex imbagħad ikunu jistgħu jaqsmu dan it-tagħrif mal-imsieħba soċjali.

“Dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu bil-għan li d-djalogu soċjali verament jilħaq il-qofol tiegħu. Deċiżjonijiet li se jwasslu biex jipprovdu opportunità lil kulħadd jsemma leħnu. Dan huwa l-pajjiż li rridu ngħixu fih. Pajjiż li jisma', li jagħti l-opportunità lil kulħadd u pajjiż ta' kwalità mibni fuq djalogu soċjali b'saħħtu," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Pajjiż ta’ Kwalità: Imħabbra numru ta’ azzjonijiet ġodda li jsaħħu d-djalogu soċjali f’pajjiżna
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow