Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Pajjiż ta’ Kwalità: Inawgurat DiHubMT - 7 start-ups diġà bdew jaħdmu minn dan il-hub

pr241897
Date Icon 21/11/2024

“Din hija ħolma li qed issir realtà u fix-xhur u s-snin li ġejjin minn dan il-post se nkunu qed naraw ferm aktar ħolm ta’ żgħażagħ li qed joħolqu start-ups u ta’ SMEs li jsiru realtà.” Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, waqt l-inawgurazzjoni ta’ DiHubMT.

DiHubMT, b’investiment ta’ €6.6 miljun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, se jkun qed joffri mhux biss spazju minn fejn start-ups u SMEs joperaw fuq proġetti innovattivi, iżda se jkun qed joffrilhom l-għodod kollha neċessarji biex iwettqu l-prodotti jew servizzi tagħhom. Diġà hawn 7 start ups, 6 minnhom Maltin, li qegħdin jaħdmu minn dan il-post. 

F’DiHubMT, l-istart-ups jistgħu jagħmlu użu minn laboratorji b’faċilitajiet ta’ 3D printing, spazju kreattiv fejn jinħolqu animations, laboratorji għall-internet of things, spazju għall-metaverse, AR, VR u XR. Dan se jwassal biex start-ups u SMEs ikunu jistgħu joħolqu l-prodotti tagħhom u jaraw jekk ikunux kummerċjalment vijabbli. Aktar tard is-sena d-dieħla f’dan il-post se jkun hawn ukoll high performance computer, li jwassal biex riċerka issir fi żmien iqsar. 

“Il-budget ta’ din is-sena kellu t-tema lejn Pajjiż ta’ Kwalità. Dan huwa wieħed mill-proġetti ewlenin mit-13 li ħabbart fil-qasam tal-ekonomija li qed jagħti valur miżjud għoli lill-ekonomija tagħna. Din il-ġimgħa stess ħabbart li b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta u mal-MDIA se jkollna Competence Centre għall-industrija tas-semikondutturi. L-ekonomija diġitali huwa dak is-settur li nemmen li nistgħu nibbrillaw fih, u dawn il-proġetti huma xhieda ta’ dan. Mill-2017, l-ekonomija diġitali kibret b’erba’ darbiet aktar. Dan kollu jorbot ukoll mal-viżjoni li rridu għall-pajjiżna għal 25 sena li ġejjin, Viżjoni Malta 2050”, qal il-Ministru Silvio Schembri.  

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-MDIA, Kenneth Brincat qal li, DiHubMT huwa pjattaforma fejn l-ideat innovattivi jitwieldu, jikbru u jsiru realtà. “L-għan primarju ta’ dan il-proġett hu biex inkabbru aktar l-użu tal-innovazzjoni diġitali għax huwa permezz ta’ dawn l-avvanzi teknoloġiċi li nistgħu nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll.” 

Il-Kap ta’ DiHubMt, Bernard Montebello qal, “Is-servizzi li qed joffri DiHubMT huma mfassla abbażi ta’ dak li għandhom bżonn startups, SMEs u anke intraprendituri sabiex nassistuhom fil-vjaġġ diġitali tagħhom. B’hekk, l-ideat tagħhom jingħataw spinta ’l quddiem biex fl-aħħar mill-aħħar jimmaterjalizzaw.”

DiHubMt huwa parti minn network Ewropew ta’ digital hubs, li huwa magħmul minn 227 hubs fi 30 pajjiż differenti. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Pajjiż ta’ Kwalità: Inawgurat DiHubMT - 7 start-ups diġà bdew jaħdmu minn dan il-hub
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Pajjiż ta’ Kwalità: Inawgurat DiHubMT - 7 start-ups diġà bdew jaħdmu minn dan il-hub
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Pajjiż ta’ Kwalità: Inawgurat DiHubMT - 7 start-ups diġà bdew jaħdmu minn dan il-hub
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Pajjiż ta’ Kwalità: Inawgurat DiHubMT - 7 start-ups diġà bdew jaħdmu minn dan il-hub
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow