Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA, U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tattendi għall-Kunsill tal-Ministri Ewropej għas-Sajd fi Brussell

pr241884
Date Icon 20/11/2024

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, attendiet għall-Kunsill tal-Ministri Ewropej għall-Agrikoltura u s-Sajd fi Brussell, fejn ġew diskussi diversi temi relatati mas-sostenibbiltà tas-setturi, il-kwoti tas-sajd fil-Mediterran għas-sena 2025, kif ukoll l-għajnuniet agrikoli biex iħarsu l-isfidi preżenti.

Matul l-intervent tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tenniet dwar l-importanza li s-sagrifiċċji li qegħdin u ilhom jagħmlu s-sajjieda Maltin u Għawdxin jiġu ppremjati fi żmien qasir. “Irridu nħarsu aktar lis-sajjieda tagħna li ta' kuljum ikollhom jiffaċċjaw diversi sfidi sabiex jaqilgħu l-ħobża tagħhom ta' kuljum. Bħala Gvern nedejna diversi miżuri biex naġevolaw lis-sajjieda lokali u se nkomplu nniedu diversi inizjattivi sabiex ikollna settur aktar sostenibbli", kompliet tgħid Bugeja Said.

Hija sostniet ukoll il-bżonn li jkun hemm aktar kontrolli fil-baħar Mediterran sabiex jiżguraw li r-regoli jkunu mħarsa minn kulħadd, b'mod partikolari minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea. Minbarra dan, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said kompliet issostni l-bżonn li jiġu osservati iktar studji bil-għan li jiżdiedu aktar il-kwoti tal-qbid tal-ħut għas-sajjieda.

“Aħna bħala pajjiż qegħdin nisħqu li l-kwoti jiżdiedu għaliex jidher biċ-ċar mill-istudji xjentifiċi li saru u mill-informazzjoni miksuba, li s-sajd preżenti huwa wieħed sostenibbli u mhuwiex qed joħloq dannu għall-popolazzjoni tal-ħut. Dan rajnieh kemm fit-tonn u anki fil-lampuki, fost oħrajn, li huma żewġ tipi ta' ħut l-aktar popolari f'pajjiżna," qalet Bugeja Said.

Il-Kunsill tal-Ministri Ewropej iddiskuta wkoll is-settur agrikolu fejn Malta intervjeniet sabiex tisħaq il-pożizzjoni tagħha. Filwaqt li saħqet għal aktar flessibbiltà fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u fir-regolament dwar l-għajnuna mill-Istat, Malta talbet għall-allokazzjoni ta' fondi mhux biss matul mumenti ta' kriżi, iżda wkoll bħala prevenzjoni għall-isfidi marbuta mat-tibdil fil-klima fosthom in-nixfa u l-għargħar.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA, U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tattendi għall-Kunsill tal-Ministri Ewropej għas-Sajd fi Brussell
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA, U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tattendi għall-Kunsill tal-Ministri Ewropej għas-Sajd fi Brussell
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow