Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR “Il-finanzjament pubbliku u privat irid jiżdied biex dawk l-aktar vulnerabbli jkunu jistgħu jadattaw għat-tibdil fil-klima” – Malta fil-COP29

pr241883
Date Icon 20/11/2024

“Il-mira ta' 1.5 gradi hija mira li ma nistgħux immorru lura minnha għaliex fuqha jiddependu l-ħajjiet ta' miljuni ta' nies," iddikjarat il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli waqt id-dikjarazzjoni nazzjonali ta' Malta fil-COP29 li qed issir f'Baku.

Filwaqt li appellat għal azzjoni immedjata u deċiżiva, il-ministru ħeġġet lill-pajjiżi biex jagħtu prijorità lill-bżonnijiet tal-komunitajiet vulnerabbli, filwaqt li jiżguraw li l-isforzi globali jkunu ambizzjużi u inklussivi. 

Fil-kummenti tagħha f'isem Malta, il-ministru spjegat miżuri speċifiċi li COP29 irid iwettaq biex jindirizza b'mod effettiv il-kriżi klimatika li qed tiżdied.

  1. Impenn nazzjonali li jiffoka kemm fuq il-mitigazzjoni  kif ukoll l-adattament:

Malta appellat għal Nationally Determined Contributions (NDCs) li jintegraw b'mod sħiħ  l-istrateġiji ta' mitigazzjoni  u adattament. “L-esperjenza tagħna turi li r-reżiljenza u s-sostenibbiltà ma jistgħux jinkisbu f'iżolament. Irridu jimxu id f'id," enfasizzat il-ministru. 

  1. Ftehim kuraġġuż dwar il-finanzjament klimatiku: 

Malta saħqet fuq il-ħtieġa għal Għan Kollettiv Kwantifikat Ġdid (NCQG) dwar il-Finanzjament Klimatiku li jirrifletti r-realtajiet tal-lum, b'bażi ta' donaturi iktar wiesgħa u taħlita ta' finanzjament pubbliku u privat biex jiġi żgurat finanzjament ġust għan-nazzjonijiet vulnerabbli. 

  1. Innovazzjoni:

Waqt li enfasizzat il-ħidma innovattiva ta' Malta, inklużi l-Indiċi tal-Vulnerabbiltà u r-Reżiljenza għall-Klima u l-inizjattivi ta' mikrofinanzjament, il-ministru uriet kif modi innovattivi jistgħu jiġġeneraw  fondi ħodor għal stati żgħar żviluppati u pajjiżi li qed jiżviluppaw. 

Matul id-diskors tagħha, il-Ministru Miriam Dalli qasmet ukoll l-isforzi kontinwi ta' Malta biex tilħaq in-newtralità klimatika, inkluż it-twaqqif tal-Climate Action Authority biex tiżgura metodu  integrat fis-setturi kollha.

“Il-ħin għall-azzjoni huwa issa. Kull deċiżjoni li nieħdu f'COP29 se tiddetermina jekk inwasslux futur sostenibbli u ġust," ikkonkludiet il-ministru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR “Il-finanzjament pubbliku u privat irid jiżdied biex dawk l-aktar vulnerabbli jkunu jistgħu jadattaw għat-tibdil fil-klima” – Malta fil-COP29
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR “Il-finanzjament pubbliku u privat irid jiżdied biex dawk l-aktar vulnerabbli jkunu jistgħu jadattaw għat-tibdil fil-klima” – Malta fil-COP29
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow