Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Pajjiż ta’ Kwalità: Żewġ inizjattivi ġodda biex isaħħu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ u jappoġġjaw l-organizzazzjonijiet volontarji f’Malta

pr241880
Date Icon 19/11/2024

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni nieda żewġ inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li jipprovdu opportunitajiet aktar b’saħħithom għaż-żgħażagħ Maltin, filwaqt li jappoġġjaw il-każini u l-organizzazzjonijiet volontarji li jaħdmu għall-ġid tagħhom. 

Dawn l-inizjattivi – l-Iskema BOOST u l-Iskema għat-Tagħlim Mużikali fil-Każini tal-Banda – ġew imnedija waqt avveniment speċjali organizzat b’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

L-Iskema Boost se tipprovdi għotja ta’ €3,000 għal kull organizzazzjoni taż-żgħażagħ b’baġit totali ta’ €400,000. Din l-iskema tfasslet sabiex tagħti spinta lill-organizzazzjonijiet biex jespandu l-attivitajiet tagħhom u jkomplu jinvolvu aktar żgħażagħ fil-komunità.

Min-naħa l-oħra, l-Iskema għat-Tagħlim Mużikali fil-Każini tal-Banda, b’allokazzjoni ta’ €80,000, hija mfassla biex tippreserva u tippromwovi t-tradizzjoni kulturali u mużikali unika ta’ Malta filwaqt li tipprovdi opportunitajiet edukattivi lill-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Waqt l-indirizz tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, saħaq fuq l-importanza ta’ dawn l-inizjattivi. 

“Meta nwiegħdu, aħna nwettqu. Dawn l-iskemi huma eżempju ċar ta’ kif il-Gvern qed jinvesti direttament fl-opportunitajiet taż-żgħażagħ u l-komunitajiet tagħhom. Qed nibnu futur fejn iż-żgħażagħ tagħna jkunu l-mutur ewlieni ta’ bidla pożittiva. Dan huwa Gvern li jemmen li kull żagħżugħ u żagħżugħa għandu postu f’soċjetà ta’ kwalità,” tenna s-Segretarju Parlamentari. 

Il-Kap Eżekutti ta’ Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma, enfasizzat il-ħidma tal-aġenzija biex tkun il-punt ta’ riferiment għaż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tagħhom. “Dawn l-iskemi mhux biss huma investiment fl-organizzazzjonijiet, imma wkoll fl-enerġija, l-innovazzjoni, u t-talent taż-żgħażagħ tagħna. B’kollaborazzjoni, qed noħolqu ekosistema fejn kull żagħżugħ u żagħżugħa jista’ jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu,” stqarret il-Kap Eżekutiv.

Dawn l-inizjattivi huma marbutin b’mod dirett mal-Għanijiet Strateġiċi tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ sa l-2030, li tiffoka fuq li ssaħħaħ il-kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet volontarji u trawwem il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ. Fl-istess waqt, il-proċess ta’ applikazzjoni faċli u mnaqqas mill-burokrazija juri l-impenn tal-Gvern li jisma’ u jirrispondi għall-ħtiġijiet tal-poplu.

B’dawn l-inizjattivi, Malta qed tkompli tiżviluppa bħala pajjiż ta’ kwalità, fejn iż-żgħażagħ huma fil-qalba tal-viżjoni għall-futur.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Pajjiż ta’ Kwalità: Żewġ inizjattivi ġodda biex isaħħu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ u jappoġġjaw l-organizzazzjonijiet volontarji f’Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Pajjiż ta’ Kwalità: Żewġ inizjattivi ġodda biex isaħħu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ u jappoġġjaw l-organizzazzjonijiet volontarji f’Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow