STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Pajjiż ta’ Kwalità: Investiment soċjali rekord ta’ €42 miljun fl-FSWS
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) ħabbret li ser tkompli tkabbar l-investiment soċjali tagħha bil-għan li tipprovdi aktar servizzi b'saħħithom u li jilħqu aktar nies li jkollhom bżonn għajnuna fl-immedjat.
Fil-fatt tul is-sena d-dieħla, l-FSWS ser tgawdi minn investiment li jlaħħaq rekord ta' €42 miljun, li tfisser żieda t'aktar minn €5 miljuni minn dak allokat is-sena li għaddiet.
Dan il-finanzjament ser ikompli jsaħħaħ is-servizzi mogħtija mill-Appoġġ, id-Direttorat għall-Kura Alternattiva, dawk tal-vjolenza domestika, u s-servizzi kollha offruti miċ-ċentri mifruxa madwar Malta u Għawdex.
Dawn id-dettalji tħabbru nhar it-Tnejn filgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet, bit-tema Pajjiż ta' Kwalità, fejn matulha ngħatat ħarsa lejn iż-żieda fl-allokazzjoni tal-FSWS, li se twassal għal iktar ingaġġ ta' professjonisti.
Hawnhekk il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon irrefera wkoll għall-mod li bih il-Gvern indirizza l-isfida ta' nuqqas ta' professjonisti fis-settur soċjali. ''Insemmi kif irnexxilna nemendaw il-liġi tas-social workers sabiex dan il-kors ikun jista' jiġi offrut ukoll mill-MCAST. Fil-fatt, 18-il student mill-MCAST għall-ewwel darba gradwaw fil-qasam soċjali, u fl-istess waqt wasalna għall-aqwa ftehim kollettiv li qatt kien hemm fis-settur meta ffirmajna dan l-istess ftehim mal-FSWS li tejjeb il-kundizzjonijiet u l-pagi tal-ħaddiema soċjali'', stqarr il-Ministru Michael Falzon.
Minn naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti sostna kif il-ħidma tal-FSWS qed twassal għal riżultati pożittivi, fejn aktar nies qed jagħżlu li jfittxu l-għajnuna filwaqt li l-istess professjonisti jibqgħu jsegwu l-progress tal-istess klijenti.
Matul is-sena 2023, il-professjonisti tal-FSWS ħadmu ma' 21,000 każ, b'10,000 minnhom għadhom qed jiġu segwiti fuq bażi regolari. L-Aġenzija Appoġġ kienu l-aktar li raw klijenti fost is-sezzjonijiet kollha tal-FSWS, b'total ta' 9,000 każ filwaqt li d-Direttorat għall-Protezzjoni tat-Tfal ħadem ma' 4,360 każ matul is-sena 2023.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN