Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmar biex 20 lokalità tinstalla total ta’ 374 infrastruttura solari ġdida għal lokalitajiet aktar sostenibbli

pr241873
Date Icon 18/11/2024

Permezz ta’ ffirmar ta’ Memorandum of Understanding (MoU) bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u 20 Kunsill Lokali, ser tkun installata total ta’ 374 infrastruttura solari ġdida li se twassal għal lokalitajiet aktar sostenibbli. 

L-installazzjoni ta’ din l-infrastruttura ġdida ser twassal biex f’numru ta’ lokalitajiet, għadd ta’ toroq jew żoni magħżula mill-Kunsilli Lokali, ser ikunu mdawla b’enerġija rinovabbli. Dan ifisser li 20 lokalità f’Malta ser ikunu qegħdin jimxu lejn lokal li jaħdem b’enerġija aktar effiċjenti u enerġija aktar nadifa.

Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia enfasizza, “Dan l-iffirmar u investiment, bħala Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi se jkompli jsaħħaħ is-sinerġija li teżisti bejn il-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment biex ilkoll flimkien, nagħmlu l-qabża li jmiss għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.” 

Huwa rrimarka kif dan l-investiment jingħaqad ma’ katina ta’ proġetti li wħud mill-Kunsill Lokali qegħdin jaħdmu fuqhom permezz tal-iffirmar tal-Framework Agreement li sar f’April li għadda u li qiegħed jara lill-Kunsilli Lokali flimkien mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jaħdmu fuq spazji miftuħa, riġenerazzjoni ta’ ġonna u bandli u infrastruttura aktar aċċessibbli, fost proġetti oħra. 

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, laqgħet b’sodisfazzjon din il-kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u d-Direttorat tal-Kunsilli Lokali.

“Dan il-proġett għandu jservi wkoll ta’ eżempju għall-Kunsilli u entitajiet oħrajn sabiex huma wkoll ikunu parteċipi f’din il-bidla ta’ mentalità li pajjiżna jeħtieġ sabiex ikun verament aktar sostenibbli,” qalet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli. Hija temmet billi rringrazzjat lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi tal-ħidma li qed iwettqu fil-lokalitajiet, filwaqt li faħħret lill-Kunsilli Lokali li ħadu din l-opportunità biex jikkollaboraw f’din l-inizjattiva.

Dan il-proġett, qiegħed isir b’investiment ta’ madwar €3 miljun u huwa ffinanzjat minn Fondi Ewropej permezz tal-Programm għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Preżenti għall-iffirmar kien hemm id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi Stephen Bonello, id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali Emile Vassallo, u l-Head of Political Reporting and Media għar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea Claudine Camilleri.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmar biex 20 lokalità tinstalla total ta’ 374 infrastruttura solari ġdida għal lokalitajiet aktar sostenibbli
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmar biex 20 lokalità tinstalla total ta’ 374 infrastruttura solari ġdida għal lokalitajiet aktar sostenibbli
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmar biex 20 lokalità tinstalla total ta’ 374 infrastruttura solari ġdida għal lokalitajiet aktar sostenibbli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow