Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta xogħol ta’ restawr estensiv fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata

pr241865
Date Icon 16/11/2024

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fil-preżenza tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, inawgura xogħol ta’ restawr li sar fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, li kien jinkludi fost oħrajn, xogħol ta’ restawr tal-kappelli u diversi monumenti.

Permezz ta’ dan ir-restawr, li sar b’investiment ta’ €6 miljun, ġiet ippreservata parti importanti mill-istorja ta’ pajjiżna għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif dan il-proġett kien  jinvolvi firxa wiesgħa ta’ xogħlijiet madwar dan iċ-ċimiterju storiku; minn preservazzjoni tal-kappella tal-Madonna tad-Duluri, għar-restawr tal-Kappella Gatt, l-Exedra, il-funtana, il-Gibjetta, il-Monument tas-Sebgħa ta’ Ġunju  u  diversi monumenti oħra.

“Nirringrazzja lill-ħaddiema tal-Fondazzjoni għas-servizzi Mediċi u l-Uffiċċju tas-Sovrintendenza tas-Saħħa li permezz ta’ ħidma konġunta fl-aħħar 5 snin, sar xogħol b’reqqa u dedikazzjoni biex ġiet irrestawrata ġawrha importanti li għandna f’pajjiżna,” temm jgħid il-Ministru Jo Etienne Abela.

Min-naħa tiegħu l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal, “Permezz ta’ din iċ-ċerimonja għixna l-esperjenza sabiħa ta’ mument storika ta’ wieħed mill-patrimonji ta’ pajjiżna. Nawgura lil kull min iżur dan l-imqades jħoss il-faraġ tal-fidi tagħna fil-qawmien mill-imwiet. Nirringrazzja lill-gvern u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għall-investiment u l-ħidma tagħhom.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta xogħol ta’ restawr estensiv fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta xogħol ta’ restawr estensiv fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta xogħol ta’ restawr estensiv fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta xogħol ta’ restawr estensiv fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow