Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Xjenza Malta tospita avveniment nazzjonali konġunt għall-iżvilupp marittimu sostenibbli fil-Mediterran

pr241861
Date Icon 15/11/2024

Xjenza Malta, l-Aġenzija Nazzjonali għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Ispazju, b'kollaborazzjoni ma' WestMED – National Hub Malta/Italy u l-Forum Marittimu Malti, organizzat l-avveniment konġunt Malti-Taljan Navigating the Future – Innovative Solutions for Sustainable Maritime Development in the Mediterranean.

L-avveniment ta' ġurnata li sar l-Esplora fil-Kalkara, laqqa' flimkien awtoritajiet reġjonali Maltin, Taljani u oħrajn Mediterranji, flimkien ma' istituti ta' riċerka, policymakers, u mexxejja tal-industrija biex dawn jiddiskutu l-importanza ta' azzjonijiet kollaborattivi fil-protezzjoni tal-ilmijiet tal-Mediterran, u li jallinjaw mal-miri tal-UE.

Waqt l-indirizz tiegħu fil-ftuħ ta' dan l-avveniment, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti semma l-impenn ta' Malta għas-sostenibbiltà, u saħaq dwar l-importanza tal-involviment tal-intraprendituri u ż-żgħażagħ.

“Bit-tisħiħ tal-komunikazzjoni maż-żgħażagħ tagħna u t-trawwim mal-intrapriżi, sejrin inwittu t-triq għal ekosistema vibranti u li taħseb 'il quddiem fl-ekonomija blu ta' Malta, li timpjega aktar minn 10,000 persuna u tiġġenera aktar minn €406 miljun fis-sena f'valur gross miżjud," tenna s-Segretarju Parlamentari.

Min-naħa tiegħu, Godwin Xerri, President tal-Forum Marittimu ta' Malta fl-indirizz tiegħu qal, “L-industrija marittima għandha tkun il-mutur ewlieni tad-dekarbonizzazzjoni għax hija stess sfat vittma tat-tibdil fil-klima kkawżat mill-emissjonijiet u t-tniġġis."

Din it-tieni edizzjoni tal-avveniment nazzjonali konġunt Malti-Taljan WestMED ikkonfermat l-impenn taż-żewġ pajjiżi li jkomplu jibnu fuq il-kollaborazzjoni bejniethom. Fl-avveniment ipparteċipaw ukoll partijiet interessati mill-Alġerija, it-Tuneżija u l-Libja.  Il-parteċipanti ddiskutew diversi temi fosthom it-tibdil fil-klima u t-tisħiħ tas-sostenibbiltà marittima fil-Mediterran. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Xjenza Malta tospita avveniment nazzjonali konġunt għall-iżvilupp marittimu sostenibbli fil-Mediterran
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Xjenza Malta tospita avveniment nazzjonali konġunt għall-iżvilupp marittimu sostenibbli fil-Mediterran
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Xjenza Malta tospita avveniment nazzjonali konġunt għall-iżvilupp marittimu sostenibbli fil-Mediterran
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow