Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitħabbru l-benefiċjarji tal-MCAST Research Fellowship Scheme 2024 – inizjattiva li tkompli ssaħħaħ ir-riċerka u l-innovazzjoni f’Malta

pr241848
Date Icon 13/11/2024

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti ħabbar il-proġetti li se jkunu qed jibbenefikaw mill-MCAST Research Fellowship Scheme 2024.

Din l-iskema għandha l-għan li toffri aktar opportunitajiet lill-akkademiċi u ż-żgħażagħ biex jieħdu sehem f’inizjattivi li jkomplu jsaħħu r-riċerka u l-innovazzjoni f’pajjiżna. Din l-iskema qiegħda tiġi mmexxija b’kollaborazzjoni mal-MCAST, fejn ir-riċerka se tintuża biex toħloq soluzzjonijiet għal sfidi attwali u futuri.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti tenna, “Dan il-Gvern qed jinvesti fi proġetti konkreti li jsaħħu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin. Din l-iskema hija xhieda ta’ dan fejn se twassal sabiex inkomplu nsaħħu r-riċerka u l-innovazzjoni – qasam li għandu impatt dirett fuq il-futur tagħna bħala pajjiż.”

L-erba’ proġetti magħżula se jkunu qed jiffokaw fuq oqsma ta’ prijorità bħall-Manifattura Intelliġenti, it-Teknoloġiji Diġitali Futuri, u s-Sostenibbiltà tal-Ambjent. Dawn l-oqsma ġew magħżula biex jindirizzaw sfidi reali u jsaħħu s-sinerġija bejn l-akkademja u l-industrija.

Dr Tatjana Chircop, Deputat Prinċipal għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fi ħdan l-MCAST stqarret, “Apparti din l-iskema, ic-Ċentru għar-Riċerka Applikata u Innovazjoni fi ħdan l-MCAST, ħadem bis-sħiħ biex bħala kulleġġ nibqgħu nibnu l-istrutturi li permezz tagħhom inħaddmu r-riċerka. Matul din is-sena, apparti il-proġetti li baqgħu għaddejjin mis-snin ta’ qabel, bdejna naħdmu fuq 12 il-proġett ġdid.”

Wieħed mill-proġetti li se jibbenefika minn din l-iskema huwa Sea2Tech, li jittratta r-riċiklaġġ tal-alka għall-iskopijiet industrijali. Ir-riċerkatriċi Alexia Massa Gallucci spjegat kif dan il-proġett jista’ joffri benefiċċji ekoloġiċi sinifikanti “Il-proġett Sea2Tech mhux biss jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà, imma juri kif nistgħu nużaw riżorsi naturali b’mod aktar effettiv. Dan il-proġett huwa turija ċara tal-impenn tagħna li nħarsu l-ambjent tagħna billi nħarsu ’l quddiem lejn soluzzjonijiet ekoloġiċi għal sfidi industrijali.”

Ing. David Sciberras mill-kumpanija Invent 3D, li qed jikkollabora mal-proġett Sea2Tech, enfasizza l-importanza ta’ dawn il-kollaborazzjonijiet għall-iżvilupp tal-industrija u tar-riċerka u innovazzjoni f’Malta. “L-industrija Maltija teħtieġ iktar riċerka biex tibqa’ kompetittiva u biex nindirizzaw sfidi teknoloġiċi li jeħtieġu approċċi innovattivi. Il-kollaborazzjonijiet bejn l-industrija u l-akkademja, bħall-kollaborazzjoni tagħna mal-proġett Sea2Tech, huma essenzjali biex dan iseħħ b’mod sostenibbli u b’suċċess.”

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitħabbru l-benefiċjarji tal-MCAST Research Fellowship Scheme 2024 – inizjattiva li tkompli ssaħħaħ ir-riċerka u l-innovazzjoni f’Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitħabbru l-benefiċjarji tal-MCAST Research Fellowship Scheme 2024 – inizjattiva li tkompli ssaħħaħ ir-riċerka u l-innovazzjoni f’Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitħabbru l-benefiċjarji tal-MCAST Research Fellowship Scheme 2024 – inizjattiva li tkompli ssaħħaħ ir-riċerka u l-innovazzjoni f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow