Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tittella’ konferenza f’pajjiżna relatata mas-settur tal-Ispazju

PR241837
Date Icon 12/11/2024

Is-sena d-dieħla l-Gvern se jkun qed jinvesti €1.9 miljun f'inizjattivi marbuta mas-settur spazjali

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti indirizza l-konferenza Astronomical Data Analysis Software and Systems 2024 li din is-sena qed tiġi ospitata mill-Istitut tax-Xjenzi tal-Ispazju u l-Astronomija fl-Università ta' Malta.

Is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti enfasizza fuq l-importanza li s-settur tal-Ispazju qed jingħata mill-Gvern. Huwa ħabbar li s-sena d-dieħla, il-Gvern se jinvesti €1.9 miljun f'inizjattivi u skemi ta' fondi marbuta mas-settur spazjali, b'kollaborazzjoni mal-Istitut tax-Xjenzi tal-Ispazju u Xjenza Malta, l-aġenzija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika u programmi spazjali tal-Gvern.

Is-Segretarju Parlamentari spjega wkoll li riċentament Malta ffirmat ftehim mal-Aġenzija Spazjali Ewropea biex tingħaqad fil-Plan for European Cooperating States (PECS), bħala parti minn strateġija ta' ħames snin li se tgħin tistabbilixxi s-settur tal-Ispazju f'pajjiżna.

Permezz ta' dan il-ftehim, il-Gvern se jkompli jibni fuq ix-xogħol preliminari li beda jsir permezz tal-Fond għar-Riċerka Spazjali ta' Xjenza Malta f'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Dan il-fond ippermetta lil riċerkaturi lokali jistudjaw u jużaw dejta minn satelliti biex jiġu applikati f'oqsma bħall-agrikoltura, fl-immaniġġjar tal-kosta, fis-saħħa, fil-preservazzjoni tal-wirt kulturali, u għall-Intelliġenza Artifiċjali.

“Kommessi li nkomplu nsaħħu l-inizjattivi favur dan is-settur u b'hekk inkomplu nimplimentaw l-istrateġija nazzjonali għall-Ispazju," temm jgħid Azzopardi Tanti.

Din il-konferenza tat opportunità wkoll lil diversi esperti sabiex jaqsmu l-għarfien u jesebixxu software u sistemi ġodda fl-astronomija.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tittella’ konferenza f’pajjiżna relatata mas-settur tal-Ispazju
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow