Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, iżur il-kumpanija lokali NEO Group, f’Ta’ Xbiex

pr241827
Date Icon 09/11/2024

Imwaqqfa f’Malta, il-kumpanija lokali NEO Group kibret b’mod sinifikanti fl-aħħar snin u jixhed dan huma l-impjiegi ta’ kwalità għolja li rnexxielha toħloq. Fil-fatt, minn tim ta’ 50 impjegat sentejn ilu, issa qed tingaġġa aktar minn 150 impjegat b’xogħlijiet ta’ kwalità lokalment u ’l fuq minn 1,000 impjegat globalment. 

Dan tħabbar waqt żjara fl-istess kumpanija mill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, f’Ta’ Xbiex, hekk kif ġie spjegat li NEO Group huwa magħruf għall-portafoll estensiv tiegħu li joffri servizzi B2B rigward marketing, teknoloġija avvanzata, analiżi tad-data, appoġġ għall-klijenti u HR. B’timijiet li jinsabu madwar l-Ewropa, l-Asja u l-Afrika, NEO Group ipoġġi l-kwalità tal-impjieg fiċ-ċentru tal-operat tagħhom.

Waqt iż-żjara, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri rrimarka li, “Din hija storja oħra ta’ suċċess li kumpanija bdiet hawn Malta ftit snin ilu u issa qed jespandu l-operat tagħhom. F’sena u nofs biss, din il-kumpanija kabbret l-ammont tal-impjegati aktar mid-doppju f’pajjiżna stess. Huwa interessanti li tara l-prospetti pożittivi għat-tkabbir kontinwu tagħhom, speċjalment meta tqis il-kwalità tal-impjiegi li qed joħolqu hawn Malta.  Dan imur id f’id perfettament mal-kunċett tal-Budget li rridu naraw aktar kumpaniji bħal dawn jiffjorixxu f’pajjiżna għax dan huwa l-futur li rridu għal Malta - kumpaniji b’saħħithom u reżiljenti li joffru impjiegi ta’ kwalità għolja għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.” 

Il-Direttur Maniġerjali ta’ NEO Group, Dr Daniel Degiorgio, esprima apprezzament għall-appoġġ kontinwu tal-Gvern u enfasizza l-impenn tal-kumpanija li żżid l-operat tagħha u kompla jgħid li, “tieħu gost tara l-industrija tikber, u aħna nikbru flimkien magħha. Dan it-tkabbir iġib miegħu ċerti responsabbiltajiet u sfidi, iżda dejjem irnexxielna negħlbu kull ostaklu. Nemmen li aħna kumpanija li kkontribwixxejna għall-ġid ta’ Malta, partikolarment billi noħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja u nipprovdu kundizzjonijiet ta’ xogħol tajbin.”

Il-Kap tar-Riżorsi Umani tal-kumpanija, is-Sur Ilya A Komolov Kozlov, qal li, “Matul is-snin, esperjenzajna tkabbir sinifikanti u espandejna internazzjonalment, u issa qed noffru wkoll soluzzjonijiet tal-IT. L-għan tagħna huwa li nkomplu nikbru u noffru opportunitajiet f’dan il-qasam.”

Din iż-żjara enfasizzat l-impenn tal-Gvern għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja, b’konformità mal-prijoritajiet nazzjonali elenkati fil-Budget u l-għan prinċipali ta’ Viżjoni Malta 2050, jiġifieri kwalità ta’ ħajja aħjar. Billi tingħata għajnuna u appoġġ lil kumpaniji innovattivi bħal NEO Group, il-Gvern jibqa’ ffukat li jinvesti fin-negozji Maltin u jixpruna ekonomija sostenibbli ffukata fuq il-kwalità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, iżur il-kumpanija lokali NEO Group, f’Ta’ Xbiex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, iżur il-kumpanija lokali NEO Group, f’Ta’ Xbiex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, iżur il-kumpanija lokali NEO Group, f’Ta’ Xbiex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow