Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MINN FESTIVALS MALTA Jum it-Tifkira – Il-Ħadd, 10 ta’ Novembru 2024

pr241824
Date Icon 08/11/2024

Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, ifakkar il-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija nhar il-Ħadd, 10 ta’ Novembru 2024 fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira.

Għal din l-okkażjoni ser tkun konċelebrata quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fid-9:30 ta’ filgħodu, li ser tkun iċċelebrata minn Monsinjur Charles J. Scicluna – Arċisqof ta’ Malta. Il-quddiesa ser tixxandar dirett fuq TVM.

Qabel il-quddiesa, il-President ta’ Malta tispezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta’ Malta, bis-sehem ukoll tal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Wara l-quddiesa, fil-10:40 ta’ filgħodu, issegwi ċ-ċerimonja ta’ tifkira biswit il-Monument tal-Gwerra, fil-Furjana. Matul din iċ-ċerimonja jitqiegħdu kuruni tal-fjuri f’riġlejn il-Monument tal-Gwerra mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u persuni distinti oħra.

Il-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ organizzazzjonijiet oħra jiffurmaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-kuruni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow