Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija tal-Programm ‘Żgħażagħ Attivi’ – Programm ta’ Involviment Ċiviku għaż-Żgħażagħ

pr241813
Date Icon 07/11/2024

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti nieda l-programm ta' Aġenzija Żgħażagħ 'Żgħażagħ Attivi', li għandu l-għan li jippromwovi l-involviment ċiviku fost iż-żgħażagħ Maltin. Il-programm, li se jsir matul is-sena skolastika 2023-2024, diġà laħaq madwar 12,000 student sekondarju, bil-għan li jkompli jespandi l-impatt tiegħu.

“Il-programm Żgħażagħ Attivi għandu jwassal liż-żgħażagħ tagħna biex ikunu ċittadini infurmati. Din l-inizjattiva tipprovdi l-għodod neċessarji biex iż-żgħażagħ jagħmlu differenza fil-komunità tagħhom," qal is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti.

Huwa kompla jispjega li l-programm Żgħażagħ Attivi mhux biss jipprovdi tagħlim akkademiku, iżda wkoll esperjenzi prattiċi li jgħinu liż-żgħażagħ jiżviluppaw ħiliet u kompetenzi biex ikunu kapaċi jiddibattu, jieħdu deċiżjonijiet infurmati, u jaħdmu b'mod attiv għall-komunità tagħhom.

Il-programm se joffri wkoll ħiliet prattiċi biex jgħin liż-żgħażagħ fuq diversi aspetti, b'enfasi speċjali fuq is-saħħa mentali. B'hekk, dan il-programm qed jagħti opportunità lill-iskejjel biex joffru esperjenzi edukattivi aktar estensivi li jżidu l-valur għall-istudenti tagħhom.

Min-naħa tagħha, Miriam Teuma, il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ, qalet, “Din hija opportunità sabiex inkomplu nsaħħu l-benesseri u l-iżvilupp taż-żgħażagħ b'mod sostenibbli. Inħarsu 'l quddiem inkomplu noffru esperjenzi li jippermettu lil dawn il-ġenerazzjonijiet li jkunu attivi fil-ħajja ċivika tagħhom."

Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.youth.gov.mt.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija tal-Programm ‘Żgħażagħ Attivi’ – Programm ta’ Involviment Ċiviku għaż-Żgħażagħ
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija tal-Programm ‘Żgħażagħ Attivi’ – Programm ta’ Involviment Ċiviku għaż-Żgħażagħ
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija tal-Programm ‘Żgħażagħ Attivi’ – Programm ta’ Involviment Ċiviku għaż-Żgħażagħ
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow