Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jiffirmaw MOU biex itejbu r-rispons

pr241809
Date Icon 06/11/2024

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) iffirmaw Memorandum of Understanding (MOU) li għandu l-għan li jsaħħaħ is-sigurtà pubblika u jtejjeb il-kapaċitajiet ta' rispons għall-emerġenzi f'Malta u Għawdex.

Dan il-ftehim jiffoka fuq żewġ aspetti ewlenin: l-ewwel, l-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-idranti tan-nar; u t-tieni, taħriġ speċjalizzat għall-ħaddiema tal-WSC.

L-MOU jistabbilixxi qafas ta' kooperazzjoni, fejn il-WSC impenjat ruħha li tinstalla u żżomm l-idranti tan-nar f'postijiet strateġiċi f'diversi lokalitajiet li jistgħu jiġu operati mis-CPD, filwaqt li s-CPD se tipprovdi taħriġ essenzjali fil-qasam tan-nar u tas-sigurtà lill-ħaddiema tal-WSC.

Dan il-ftehim huwa pass sinifikanti biex jiġi żgurat li ż-żewġ organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jappoġġjaw lil xulxin b'mod effettiv biex jipproteġu lill-pubbliku.

Il-Ministru Miriam Dalli, li ppresediet iċ-ċerimonja tal-iffirmar, enfasizzat l-importanza ta' din il-kollaborazzjoni. “Dan il-ftehim juri l-impenn tagħna biex intejbu s-sigurtà pubblika u l-effiċjenza operattiva. Billi naħdmu flimkien, il-WSC u s-CPD qed jistabbilixxu standard ġdid għall-preparazzjoni ta' emerġenzi, u niżguraw li l-komunitajiet tagħna jkunu mħarsa aħjar fi żminijiet ta' bżonn."

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, qal: “Dan il-ftehim bejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jinkwadra fil-pjani tal-gvern li n-nies ikollhom aktar serħan il-moħħ filwaqt li l-pajjiż ikun aktar ippreparat u sikur għal meta jinqalgħu inċidenti serji."

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Karl Cilia saħaq fuq l-importanza ta' dan il-ftehim, u qal: “Il-kollaborazzjoni tagħna mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hija xhieda tal-importanza tal-kooperazzjoni. Flimkien, mhux biss qed intejbu l-infrastruttura tagħna, iżda qed inħarrġu lill-ħaddiema tagħna bil-ħiliet meħtieġa biex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' emerġenzi b'mod effettiv. Dan il-MOU jirrifletti d-dedikazzjoni konġunta tagħna lejn is-servizz u s-sigurtà pubblika."

Id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro qal li sar eżerċizzju biex jiġi installat fire hydrant f'kull lokalità biex f'każ ta' bżonn fire-engine, flok tmur fi stazzjon, tieħu l-ilma minnu fl-iqsar żmien possibbli.

L-MOU se jibda b'mod immedjat u jibqa' fis-seħħ għal terminu inizjali ta' sentejn, bi provvedimenti għal tiġdid awtomatiku. Din il-kollaborazzjoni għandha l-għan li tiżgura infrastruttura robusta għar-rispons ta' emerġenzi, li tkun ta' benefiċċju għall-pajjiż kollu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jiffirmaw MOU biex itejbu r-rispons
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jiffirmaw MOU biex itejbu r-rispons
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow