Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jasal fl-aħħar fażi l-proġett ta’ restawr tal-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina taż-Żejtun

PR241804
Date Icon 04/11/2024

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, żar il-Knisja Arċipretali ta' Santa Katerina taż-Żejtun, fejn wasal fl-aħħar fażi tiegħu proġett ta' restawr. Ix-xogħol fuq dan il-proġett mistenni jitlesta sal-ewwel nofs tas-sena d-dieħla, u qed isir b'investiment ta' nofs miljun ewro.

“Dan ir-restawr jirrifletti l-impenn ċar tal-Gvern biex isir ħarsien effettiv tal-wirt storiku ta' pajjiżna. Huwa xhieda konkreta tal-investiment fit-tisħiħ tal-identità u l-patrimonju kulturali tagħna, li se jibqa' jitgawda u jibqa' jiġi apprezzat mill-ġenerazzjonijiet futuri," stqarr il-Ministru Bonnici.

Id-Direttur tad-Direttorat tar-Restawr u Preservazzjoni, il-Perit Mark Azzopardi, spjega li x-xogħol jinkludi t-tneħħija ta' materjali li qed jagħmlu ħsara lill-ġebla, it-tindif, it-tikħil ta' fili miftuħa u r-restawr tal-lavur, skultura u gwarniċuni, u restawr tal-aperturi, fost interventi oħra.

Dan ix-xogħol qed isir b'kollaborazzjoni bejn il-perit imqabbad mill-Parroċċa u d-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni, li ddisinja s-sejħa għall-offerti u qiegħed isegwi l-proċess kollu bl-esperti tiegħu.

Preżenti kien hemm ukoll is-Sindku taż-Żejtun Joan Agius u l-Arċipriet Dun Anton Galea-Scannura.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jasal fl-aħħar fażi l-proġett ta’ restawr tal-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina taż-Żejtun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jasal fl-aħħar fażi l-proġett ta’ restawr tal-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina taż-Żejtun
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow