Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta żżur Best Print Ltd. fejn qed isir l-istampar ta’ Tisjir mill-Qalb

PR241790
Date Icon 01/11/2024

Il-President Myriam Spiteri Debono żaret il-kumpanija Best Print Ltd.  fejn il-proċess tal-istampar tal-pubblikazzjoni 'Tisjir mill-Qalb' jinsab fi stadju avvanzat.

Matul iż-żjara, il-President kienet akkumpanjata minn Sina Bugeja, Chairperson tal-Malta Community Chest Fund (MCCF), u uffiċjali tal-Presidenza u tal-MCCF li ħadmu flimkien fuq din il-pubblikazzjoni.

L-edizzjoni ta' din is-sena tiffoka fuq is-sostenibbiltà fit-tisjir, u r-riċetti huma bbażati fuq it-tradizzjoni Maltija fin-nutrizzjoni, l-użu tal-prodott frisk lokali u n-nuqqas ta' ħela.

Il-ktieb jinkludi daħla mill-President li fiha tenfasizza l-kunċett li “meta nsajru għall-familja nistgħu nagħmlu għażliet iktar sostenibbli, kemm fix-xiri tal-prodotti kif ukoll fit-tnaqqis tal-ħela, biex b'hekk ikun rispettat ukoll l-ambjent."

Il-ktieb se jkun qed jinbiegħ fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla, matul il-Fiera tal-Ktieb, li se ssir fl-MFCC, Ta' Qali u jkun disponibbli mill-ħwienet tal-kotba ewlenin madwar Malta u Għawdex.

Il-qligħ kollu mill-bejgħ ta' 'Tisjir mill-Qalb' se jmur għall-iskopijiet ta' għajnuna li tintalab mill-Malta Community Chest Fund.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta żżur Best Print Ltd. fejn qed isir l-istampar ta’ Tisjir mill-Qalb
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta żżur Best Print Ltd. fejn qed isir l-istampar ta’ Tisjir mill-Qalb
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta żżur Best Print Ltd. fejn qed isir l-istampar ta’ Tisjir mill-Qalb
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta żżur Best Print Ltd. fejn qed isir l-istampar ta’ Tisjir mill-Qalb
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow