Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Pajjiż ta’ Kwalità: L-ewwel laqgħa ta’ diskussjoni għal Viżjoni Malta 2050

PR241787
Date Icon 01/11/2024

Waqt business breakfast organizzat mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi u Times of Malta, ittellgħet l-ewwel konsultazzjoni pubblika li se twassal għal Viżjoni Malta 2050.

Fl-introduzzjoni tiegħu, il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri  qal li l-għan ta' dan l-avveniment huwa li jisma', biex din tkun viżjoni ta' pajjiż wieħed. “Wegħidt lill-korpi kostitwiti li din il-viżjoni mhix ħa tkun viżjoni ta' xi Ministeru partikolari jew ta' xi gvern wieħed. Iżda viżjoni ta' nazzjon wieħed magħqud. L-irwol tiegħi ħa jkun iktar li nisma' milli li nimponi."

“Dan huwa pass essenzjali fit-tiswir ta' viżjoni li tassew tirrifletti l-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tal-futur ta' Malta. Billi nisimgħu l-perspettivi, nimmiraw li l-din il-viżjoni tinkludi azzjonijiet sinifikanti li jkunu ta' benefiċċju għal pajjiżna u għaċ-ċittadini," tenna l-Ministru Schembri.

Il-Ministru Schembri spjega li l-idea hija li Malta ma tkunx biss pajjiż fejn in-nies jgħixu imma fejn jirnexxu. Għaldaqstant biex titwettaq din il-viżjoni, hemm bżonn numru ta' pilastri bħala l-pedament tagħha:

  1. Innovazzjoni u Teknoloġija
  2. Sostenibbiltà u Ekonomija Ekoloġika
  3. Infrastruttura
  4. L-iżvilupp tat-talent

Din il-viżjoni se tinkludi miri speċifiċi li għandhom jintlaħqu matul dawn l-għaxar snin li ġejjin b'KPIs ċari li ħa jkunu pubbliċi sabiex in-nies tkun tista' tkejjel b'mod trasparenti l-ħidma tal-Gvern.

Fid-diskussjoni li tmexxiet mill-ġurnalist Mark Laurence Zammit, ħadu sehem persuni varji mis-soċjetà, bis-sehem ukoll tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija, Jerome Caruana Cilia.

Il-Ministru Silvio Schembri qal li din hija biss waħda min-numru ta' attivitajiet li ser ikunu qed isiru biex jifhmu u jaraw il-fehma tas-soċjetà inġenerali biex jaraw kif din il-viżjoni mhux biss tinkiteb imma tkun waħda li verament tintlaħaq biex ikollna Malta aktar ġusta, fejn il-kwalità, b'mod speċjali il-kwalità tal-ħajja tkun ċentrali għas-snin li ġejjin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Pajjiż ta’ Kwalità: L-ewwel laqgħa ta’ diskussjoni għal Viżjoni Malta 2050
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Pajjiż ta’ Kwalità: L-ewwel laqgħa ta’ diskussjoni għal Viżjoni Malta 2050
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Pajjiż ta’ Kwalità: L-ewwel laqgħa ta’ diskussjoni għal Viżjoni Malta 2050
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow