AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut u iktar tard permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li fih ingredjent li nstabulu livelli elevati ta' pyrrolizidine alkaloids.
Il-Pyrrolizidine Alkaloids huma grupp ta' tossini naturali sintetizzati bħala metaboliti sekondarji minn speċi ta' pjanti differenti. Bosta minn dawn is-sustanzi huma magħrufa li huma tossiċi għall-bnedmin u l-annimali bħala riżultat tal-preżenza tagħhom fil-katina alimentari. (Sors: EFSA Journal Vol 15, Issue 7 – Jul 2017)
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Falafel di Ceci Biologici |
| Ditta: | Più Bene |
| Dati tad-Durabilità: | 17/11/2024 u 03/12/2024 |
| Lott: | I06854 u I07285 |
| Użin: | 150g |

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN