Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Imħabbra d-dettalji ta’ 3 attivitajiet kulturali li se jittellgħu f’Novembru f’Għawdex

PR241751
Date Icon 25/10/2024

F’Għawdex ser jiġu organizzati 3 attivitajiet, li kulma jmur tul dawn l-aħħar snin, komplew jikbru fid-dimensjoni tagħhom. Dawn huma l-festival tal-ħelu magħruf bħala Sweet Tooth, il-kunċert Tisbit u l-attività Mixegħla tal-Qaddisin. Dan ħabbru l-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri.

“Matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, Għawdex kompla jesperjenza tkabbir fin-numri ta’ viżitaturi lejn il-gżira, fejn in-numru ta’ passiġġiera li qasmu l-fliegu żdied b’5%. Dan juri biċ-ċar li Għawdex qiegħed kulma jmur jiġbed lejh aktar viżitaturi, kemm it-turist lokali li jogħġbu jżur lil Għawdex kif ukoll dak internazzjonali. Din hi konferma li l-istrateġija mħejjija u adottata mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qiegħda verament tħalli l-frott,” sostna l-Ministru Camilleri.

Huwa kompla jispjega li dawn l-attivitajiet, li llum saru parti integrali mill-kalendarju kulturali li joffri Għawdex, jirrikjedu ħafna ħidma volontarja. “Nemmnu bis-sħiħ f’dan is-settur u kulma jmur qed inkomplu nwieżnu u ninċentivaw l-aspett volontarju f’Għawdex li huwa wieħed vivaċi u li hu kontribut ewlieni għal bosta riżultati sbieħ li qed niksbu flimkien,” qal il-Ministru Camilleri.

Tisbit huwa kunċert ta’ perkussjonijiet b’taħlita unika ta’ mużika u żfin. Dan il-kunċert ser jittella’ nhar is-Sibt, 2 ta’ Novembru, fis-7.30pm, fit-Teatru tal-Opra Aurora. Id-dħul huwa mingħajr ħlas u miftuħ għall-pubbliku. 

Sweet Tooth Festival, li issa wasal fit-tielet edizzjoni tiegħu, joffri festa ta’ ħelu għal kulħadd. Dan il-festival ser isir fil-ġonna tal-Villa Rundle nhar il-Ħadd, 3 ta’ Novembru. Il-bibien jiftħu fl-10.00am.

Il-Mixegħla tal-Qaddisin, fejn fiha bosta disinni bix-xemgħat jinxtegħlu fuq it-turġien jew iz-zuntier tal-parroċċi f’Għawdex, ser tinżamm il-Ħadd, 3 ta’ Novembru, mis-6.00pm ’il quddiem.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit: eventsingozo.com

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Imħabbra d-dettalji ta’ 3 attivitajiet kulturali li se jittellgħu f’Novembru f’Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow