Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Titnieda l-Malta Comic Con 2024

pr241749
Date Icon 25/10/2024

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-Malta Comic Con - avveniment maħsub għal kulħadd u speċjalment għall-familji. Dan l-avveniment ser jittella' fid-9 u fl-10 ta' Novembru fl-Eden Arena, fejn se tiġi ċċelebrata l-kultura pop f'Malta.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, flimkien mal-organizzaturi ta' Wicked Comics.

Il-Ministru Owen Bonnici enfasizza li l-Malta Comic Con baqgħet tikber b'mod konsistenti matul is-snin, u din is-sena se tkun waħda mill-aktar edizzjonijiet spettakolari. Huwa qal li l-viżitaturi jistgħu jistennew varjetà ta' attivitajiet bħal workshops, avvenimenti tal-gaming, taħditiet u diskussjonijiet, bosta prodotti għall-bejgħ, kompetizzjonijiet tal-cosplay, u ħafna aktar. Il-qofol tal-avveniment se jkun l-'Artist Zone', fejn se jintwerew talenti notevoli, kemm Maltin kif ukoll internazzjonali. Il-ministru kkonkluda billi sostna l-impenn tal-gvern li jkompli jappoġġja dawn l-inizjattivi permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti, Maria Angela Vassallo qalet, “Il-Malta Comic Con huwa avveniment tant mistenni mill-komunitajiet Maltin u jkompli jsaħħaħ is-settur artistiku u kreattiv lokali, hekk kif din l-inizjattiva tallinja mal-fergħa tad-diversità u l-komunitajiet fi ħdan l-Istrateġija tal-Kunsill."

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Wicked Comics, Fabio Agius, qal, “Ninsab kuntent ħafna bil-progress li għamlet l-għaqda Wicked Comics. Sena wara oħra, qed tiġbed udjenza akbar u tkompli taħdem għall-għan prinċipali tagħha: li toffri opportunità lill-artisti tal-komiks lokali biex ikabbru t-talenti tagħhom u x-xogħol tagħhom ikun rikonoxxut lil hinn minn xtutna".

Imwaqqfa fl-2005, Wicked Comics hija organizzazzjoni mhux governattiva rreġistrata li tippromwovi l-kultura komika madwar id-dinja. Il-biljetti għall-Comic-Con jistgħu jinxtraw fuq https://www.maltacomiccon.com.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Titnieda l-Malta Comic Con 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Titnieda l-Malta Comic Con 2024
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow