Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Miftuħa l-ewwel sala ddedikata għall-pazjenti li jsofru puplesija

pr241748
Date Icon 25/10/2024

Ġiet miftuħa l-ewwel sala li ser tkun iddedikata u toffri kura speċjalizzata lill-pazjenti li jkunu sofrew xi tip ta' puplesija. 

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva spjega kif fl-Isptar Mater Dei jidħlu bejn 2 u 3 persuni ta' kuljum, li jkunu sofrew minn xi tip ta' puplesija. Qal kif din is-sala, li tiflaħ 25 pazjent, ser tkun qed tipprovdi trattamenti avvanzati, aċċess għar-riabilitazzjoni bikrija, u professjonisti speċjalizzati.

Il-Ministru Abela tenna fuq l-importanza tal-prevenzjoni ta' puplesija li tista' tolqot kull faxxa ta' età. Kompla li għaldaqstant huwa importanti li jiġu kkontrollati kundizzjonijiet bħall-pressjoni għolja, zokkor, kolesterol u l-obeżità minn kmieni, biex kemm jista' jkun jipprevjenu riskji ta' puplesija. Huwa saħaq li jekk wieħed jinduna b'xi sinjal ta' puplesija fuqu jew f'ta' madwaru għandu jirrikorri mill-ewwel għall-kura hekk kif kull minuta tista' tagħmel differenza.

“Din is-sala ser tagħmel differenza kbira f'pajjiżna hekk kif permezz tagħha ser naraw qabża fil-kwalità u ser tagħmel differenza kbira fil-kura offruta lill-pazjenti. Dan ikompli mal-ħidma li l-gvern qed jagħmel fis-settur tas-saħħa, fejn qed inkomplu nispeċjalizzaw kura mdawra mal-bżonn tal-pazjent u li nkomplu ntejbu l-kura tal-puplesija f'Malta," temm jgħid il-Ministru Abela

Din il-faċilità l-ġdida tallinja mal-istandards tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Puplesija (ESO) u l-Pjan ta' Azzjoni għall-Puplesija għall-Ewropa (SAP-E) 2018–2030.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Miftuħa l-ewwel sala ddedikata għall-pazjenti li jsofru puplesija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Miftuħa l-ewwel sala ddedikata għall-pazjenti li jsofru puplesija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Miftuħa l-ewwel sala ddedikata għall-pazjenti li jsofru puplesija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Miftuħa l-ewwel sala ddedikata għall-pazjenti li jsofru puplesija
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow