Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurata binja ġdida ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħaż-Żebbuġ

pr241742
Date Icon 24/10/2024

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura binja ġdida ta' akkomodazzjoni soċjali ġewwa Ħaż-Żebbuġ. Din il-binja tinkorpora fiha erba' appartamenti li se joffru lill-familji li se jirrisjedu fihom saqaf sikur u b'dinjità.

Il-Ministru Roderick Galdes spjega li permezz ta' investment totali ta' madwar €500,000, twettaq ix-xogħol neċessarju sabiex jitwettaq dan il-proġett li se jkompli jagħmel differenza fil-ħajja t'iżjed familji. Il-fondi għal dan il-proġett ingħataw min-National Development and Social Fund.

Il-ministru qal li proġetti bħal dawn ikomplu mhux biss jindirizzaw realtajiet soċjali, iżda wkoll bl-implimentazzjoni tal-istess proġetti, kif ukoll b'miżuri u skemi imħabbra f'dan is-settur, qiegħed jitħalla impatt tanġibbli f'ħajjet numru sostanzjali ta' familji Maltin.

“Meta nara proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali bħal dawn, ma nistax ma ninnutax il-livell ta' kwalità li qegħdin ninvestu fih bħala gvern, sabiex il-benefiċċjarji jgħixu ħajja ta' kwalità għolja. Fl-istess waqt inkomplu nisħqu fuq l-inklużjoni ta' kull persuna fis-soċjetà tagħna, fejn permezz ta' proġetti bħal dawn il-benefiċċjarji jgħixu f'postijiet sikuri, fil-qalba tal-komunitajiet tagħna," temm jgħid il-ministru.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm ukoll ic-Chairman tal-NDSF Jonathan Cardona, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-NDSF Ray Ellul.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurata binja ġdida ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħaż-Żebbuġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurata binja ġdida ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħaż-Żebbuġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurata binja ġdida ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħaż-Żebbuġ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow