Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Naqtgħu l-frott f’niċeċ ekonomiċi ġodda: Ċelebrazzjoni tat-tkabbir tal-industriji tal-Video Game Development u l-Esports f’Malta

pr241741
Date Icon 24/10/2024

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, fetaħ uffiċjalment Playcon 2024, l-akbar expo tal-video game development u l-esports f'Malta, li qed issir fl-MFCC f'Ta' Qali. Dan l-avveniment juri t-tkabbir mgħaġġel tal-industriji tal-iżvilupp tal-video gaming u l-esports, li llum qegħdin jagħtu kontribut għall-ekonomija ta' Malta.

Dawn l-industriji huma r-riżultat ta' strateġija mnedija fl-2019, li qiegħda titwettaq b'suċċess u qed tmexxi 'l quddiem it-trasformazzjoni diġitali ta' Malta. “Dawn in-niċeċ ekonomiċi ġodda bdew minn strateġija ambizzjuża li emminna fiha u ħdimna ħafna fuqha. Playcon huwa prova li din l-industrija qed tiffjorixxi f'Malta. Dawn huma t-tip tal-industriji li rridu naraw li nkomplu nkabbru bħala parti mil-Viżjoni Malta 2050," saħaq il-Ministru Schembri.

L-industrija tal-video game development f'Malta rat suċċess straordinarju, bi studjos lokali li jkollhom rwol ewlieni fit-tmexxija tal-innovazzjoni. Matul żjarat riċenti, il-Ministru Silvio Schembri enfasizza r-rwol tagħhom biex isaħħu r-reputazzjoni ta' Malta billi jipproduċu logħob rikonoxxut internazzjonalment, u jsaħħu l-pożizzjoni tal-gżira fl-industrija tal-logħob globali. Qed jiġu organizzati diversi avvenimenti internazzjonali tal-esports bħal ESL Pro League b'udjenza ta' aktar minn 800,000 telespettatur simultanju, li juri l-kapaċità ta' Malta li ġġib avvenimenti tal-esports tal-ogħla livell lejn xtutna. Suċċess ieħor sinifikanti huwa l-aħbar li waħda mil-akbar kumpaniji tal-esports fl-Asia, Talon Esports  se tkun qiegħda tespandi fl-Ewropa u se tagħmel dan permezz ta' bażi li fetħet ġewwa Malta.

“Dawn iż-żewġ niċeċ ekonomiċi ġodda mhux biss qed isaħħu l-pożizzjoni ta' Malta fis-settur tal-innovazzjoni diġitali u jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, iżda qed joħolqu impjiegi ta' kwalità għolja, ħafna minnhom okkupati minn ħaddiema Maltin," qal il-Ministru Schembri.

Huwa enfasizza li l-investiment fl-edukazzjoni, inkluż korsijiet ta' Unity fl-MCAST u l-Università ta' Malta, kienu kruċjali biex jipprepara lill-istudenti għal dawn l-opportunitajiet ġodda. Il-Ministru semma wkoll l-aspett edukattiv ta' Playcon, peress li aktar minn 3,000 student minn 20 skola madwar Malta u Għawdex mistennija jattendu bejn illum u għada biex jitgħallmu dwar opportunitajiet ta' karriera f'dawn l-industriji li qed jikbru b'rata mgħaġġla.

Barra minn hekk, ħa jkun hemm konferenza għan-negozji (B2B) li se ssir bejn illum u għada filgħodu, b'aktar minn 20 kelliem lokali u internazzjonali, u wirja ta' indie studios bi 15-il parteċipant internazzjonali. L-avveniment jinkludi wkoll programm ta' aċċelleratur, li joffri lill-istartups iċ-ċans li jippreżentaw l-ideat tagħhom lill-imsieħba internazzjonali.

Playcon ta' din is-sena hija l-akbar edizzjoni sa issa, b'60 esebitur, fosthom żviluppaturi tal-logħob lokali, pubblikaturi internazzjonali bħall-Ubisoft u Kwalee, u figuri prominenti fl-industrija tal-esports. Playcon se jkun miftuħ għall-pubbliku ġenerali nhar is-Sibt 26 ta' Ottubru, u l-Ħadd 27 ta' Ottubru, b'logħob interattiv, żoni ta' logħob b'xejn, u kompetizzjoni ta' cosplay.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Naqtgħu l-frott f’niċeċ ekonomiċi ġodda: Ċelebrazzjoni tat-tkabbir tal-industriji tal-Video Game Development u l-Esports f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Naqtgħu l-frott f’niċeċ ekonomiċi ġodda: Ċelebrazzjoni tat-tkabbir tal-industriji tal-Video Game Development u l-Esports f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Naqtgħu l-frott f’niċeċ ekonomiċi ġodda: Ċelebrazzjoni tat-tkabbir tal-industriji tal-Video Game Development u l-Esports f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow