Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL L-FSWS b’30 sena ta’ servizzi fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal

pr241731
Date Icon 23/10/2024

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) iċċelebrat it-30 sena anniversarju mit-twaqqif tas-servizzi tal-Protezzjoni tal-Minuri f'Malta. Ħidma li rat revoluzzjoni f'dawk li huma servizzi speċjalizzati, li jduru mal-bżonnijiet tat-tfal f'kura alternattiva u fl-istess waqt jagħtu sapport fit-tul lill-familji li għaddejjin minn diffikultà sabiex irabbu 'l uliedhom.

Tul is-snin, l-FSWS kompliet tinvesti fl-infrastruttura tal-uffiċini għad-Direttorat għall-Kura Alternattiva, sabiex tiġbor u toffri s-servizzi tagħha taħt saqaf wieħed. Aktar minn hekk, komplew jippromovu kampanji ta' fostering u adozzjonijiet, u saħansitra bdew għall-ewwel darba dawk li huma adozzjonijiet lokali.

F'konferenza li saret l-Erbgħa filgħodu, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, faħħar il-progress illi sar f'din il-politika sensittiva, u saħaq fuq l-importanza ta' penali b'saħħithom għal min iwettaq abbuż fuq it-tfal. Dan filwaqt li insista sabiex dejjem ikunu aktar speċjalizzati s-servizzi u t-taħriġ tal-professjonisti fis-settur.

Matul din il-konferenza ħareġ ċar l-impenn ta' din il-Fondazzjoni sabiex tkompli ġġedded it-tajjeb li diġà sar u tkompli timplimenta riformi essenzjali fejn ikun hemm bżonn.

Dwar dan, tkellem il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti, fejn innota wkoll b'sodisfazzjon ir-riforma fil-Qorti tal-Familja li bħalissa qiegħda fil-fażi ta' konsultazzjoni pubblika. Huwa enfasizza fuq il-bżonn tal-effiċjenza tal-Qorti sabiex ma jbatux it-tfal infushom. Huwa ħeġġeġ ukoll lill-professjonisti legali sabiex iħarsu l-benesseri u l-interessi tat-tfal, u anke jagħmlu użu taċ-Children's House.

Intant, l-eks Kap Eżekuttiv tal-Protezzjoni tal-Minuri tal-Iskozja, Peter Macleod, mistieden ewlieni għal din l-attività, sostna li Malta għandha sservi ta' mudell soċjali għal pajjiżi oħra filwaqt li appella sabiex aktar aġenziji jaħdmu flimkien u b'hekk ikunu identifikati tfal li qegħdin f'riskju kemm jista' jkun malajr.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL L-FSWS b’30 sena ta’ servizzi fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL L-FSWS b’30 sena ta’ servizzi fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL L-FSWS b’30 sena ta’ servizzi fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow