Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

PR241723
Date Icon 22/10/2024

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott ma' għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta' Benzo(a)pyrene, li jirriżultaw f'livelli għoljin ta' Polycyclic Aromatic Hydrocarbons (PAHs) totali.

Polycyclic aromatic hydrocarbons (PAHs) huma komposti organiċi li jistgħu jiffurmaw minn proċessi industrijali fosthom l-ipproċessar tal-ikel (bħal tisħin, tnixxif u affumikar), kif ukoll bi proċessi bħal xiwi u nkaljar. Numru minn dawn il-komposti jistgħu jkunu ġenotossiċi u karċinoġeni għaldaqstant l-espożizzjoni għalihom għandha tkun baxxa kemm jista' jkun raġonevolment. Il-Benzo(a)pyrene jappartjeni għall-grupp ta' Polycyclic aromatic hydrocarbons.

Deskrizzjoni tal-prodott:Trab tal-Ġinger
Ditta:AliBaba
Użin:100g u 400g
Data tad-Durabbiltà:03/05/2025

ali baba 1.pngali baba 2.png

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow