Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

PR241721
Date Icon 21/10/2024

Illejla fil-Parlament ittieħed vot fuq Mozzjoni 279 imressqa mill-Oppożizzjoni li temenda l-Avviż Legali 112 – Ordni tal-2024 li jwaqqaf Xjenza Malta bħala Aġenzija. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jirreferi għall-istqarrija PR241628 maħruġa nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Ottubru li fiha diġà spjega l-pożizzjoni tiegħu dwar il-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni.

F’din il-mozzjoni l-Oppożizzjoni ma fehmitx li r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ Peer Review “Maltese Research and Innovation System”, li sar bl-għajnuna ta’ esperti internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. Fost dawn ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn l-esperti kien hemm rakkomandazzjoni importanti li jkun hemm tisħiħ tal-istruttura amministrattiva biex din tkun waħda indipendenti u separata mill-Gvern u l-benefiċjarji, u wkoll trasparenti, imsawra bl-għarfien tekniku meħtieġ fejn jidħlu rakkomandazzjonijiet u pariri ta’ natura xjentifika u teknika.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qiegħed jirrakkomanda li l-Kumitat Konsultattiv fi ħdan l-Aġenzija Xjenza Malta jkun iffurmat skont din ir-rakkomandazzjoni. Madankollu, il-Gvern lest li jagħmel emendi biex jassigura kjarezza u trasparenza dejjem id f’id mar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Peer Review. Huwa ċar li l-Oppożizzjoni mhix taċċetta għaliex ma tridx tiċċaqlaq minn dak propost minnha.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jtenni li l-Kumitat Konsultattiv huwa maħsub biex jindirizza r-rakkomandazzjoni tal-imsemmi Peer Review li jkun hemm “an independent consultative forum”. Id-direzzjoni min-naħa tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward huwa ċar u kellu jiġi rifless fl-istruttura regolatorja. Dan il-mudell huwa dak li jintuża fl-aġenziji li huma responsabbli għar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ diversi pajjiżi, fejn huma jagħmlu distinzjoni bejn it-tmexxija amministrattiva u dawk l-istrutturi li għandhom ir-responsabbiltà li jagħmlu rakkomandazzjonijiet li huma ta’ natura xjentifika u teknika.

Il-Kumitat Konsultattiv, kif propost mill-Gvern, huwa maħsub b’mod li jelimina kull possibbiltà ta’ kunflitt ta’ interess fil-qafas tal-governanza tal-Aġenzija. B’dak li qed tipproponi, l-Oppożizzjoni qed twarrab li ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess fil-qafas tal-governanza tal-Aġenzija.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jippreċiża li filwaqt li l-Gvern qiegħed imur f’direzzjoni li tkompli ssaħħaħ u tagħti aktar awtonomija amministrattiva lill-entitajiet tiegħu, il-Kumitat Konsultattiv se jkun rappreżentattiv tal-imsieħba soċjali fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż kumpaniji, Istituzzjonijiet Edukattivi Għolja, organizzazzjonijiet pubbliċi fis-settur u s-soċjetà b’mod ġenerali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow