Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

pr241706
Date Icon 18/10/2024

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħmel referenza għall-informazzjoni ppreżentata fil-Parlament marbuta mal-qasam edukattiv.

It-tabella ta' hawn taħt tkopri l-gradi kollha tal-edukaturi u tinqasam b'dan il-mod; statistika ta' edukaturi ingaġġati u dawk li rriżenjaw:

GradiRiżenjiIngaġġati
Għalliema51177
Edukaturi għas-Sapport tat-Tagħlim (LSE)3371
Edukaturi tal-Kindergarten22
Assistenti Kapijiet125
Totali87275

Wieħed jista' jinnota li f'kull każ, l-ingaġġ kien ferm aktar mir-riżenji li kien hemm. Fil-fatt, imqabbel mal-popolazzjoni tal-edukaturi, il-proporzjon affettwat kien ta' 1.1% bħala riżenji u ta' 3.7% bħala ingaġġ.

Il-ministeru jieħu ħsieb li jagħmel laqgħa ma' kull uffiċjal li jkun għadda r-riżenja u, fost oħrajn, tiġi diskussa r-raġuni għar-riżenja. F'numru ta' stanzi dawn il-ħaddiema jibqgħu fis-settur edukattiv u anki jibdew impjieg f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla fejn tinħass il-ħtieġa tagħhom minħabba l-ammont ikbar ta' studenti li qed jibqgħu fl-edukazzjoni wara li jtemmu l-iskola sekondarja. Dan f'kuntest li r-rata tal-early school leavers f'Malta kompliet tonqos.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow