AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba ilma maħmuġ li qed ifur fil-baħar u li jista' jkollu traċċi ta' drenaġġ. Dan jista' jaffettwa l-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat. L-uffiċjali qed jinvestigaw il-każ. It-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f'dan l-istadju.
| Kodiċi tas-sit: | Ta' Xbiex Belvedere |
| Lokalità | Ta' Xbiex |
Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN