STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Riżultati Finali u Allokazzjoni ta’ Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali - Stock tal-Gvern ta’ Malta – Ottubru 2024
B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 241649 ippubblikata fil-11 ta' Ottubru 2024, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu d-dettalji tas-sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) u l-allokazzjoni f'kull stock.
F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva is-somma totali nominali ta' €620,350,800 minn investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €270,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €130,000,000.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali
Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa 9 ta' Ottubru 2024, it-Teżor irċieva 2,164 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li kellhom valur nominali ta' €89,850,800. Kif tħabbar diġà, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel ġew aċċettati kollha.
Id-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:
| Deskrizzjoni tal-istock | Numru ta' Applikazzjonijiet | Allokazzjoni Nominali (€) |
| 2.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (III) bi prezz ta' €100.00 (b'parita`) | 471 | 11,416,400 |
| 3.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (IV) bi prezz ta' €100.00 (b'parita`) | 1,693 | 78,434,400 |
| Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) | 2,164 | 89,850,800 |
Irkant Kompettitiv – Wholesale Investors
Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa, l-11 ta' Ottubru 2024, it-Teżor irċieva 76 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €530,500,000 li ġew allokati kif ġej:
| Deskrizzjoni tal-istock | Numru ta' Applikazzjonijiet | Allokazzjoni Nominali (€) |
| 2.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (III) bi prezz ta' €100.00 (b'parita`) | 471 | 11,416,400 |
| 3.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (IV) bi prezz ta' €100.00 (b'parita`) | 1,693 | 78,434,400 |
| Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail) | 2,164 | 89,850,800 |
*Offerta waħda aċċettata parzjalment.
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN