Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tqassmu l-Premjijiet tad-Demokrazija tal-Kunsilli tal-Istudenti 2023-2024

pr241680
Date Icon 16/10/2024

Ġew ippreżentati l-Premjijiet tad-Demokrazija tal-Kunsilli tal-Istudenti għall-2023-2024. Din l-inizjattiva, li rat l-impenn ta' 32 skola sekondarja madwar Malta u Għawdex, għandha l-għan li tkompli ssaħħaħ l-involviment attiv taż-żgħażagħ fil-komunità skolastika tagħhom u fil-ħajja demokratika tal-pajjiż. L-iskop ewlieni huwa li tħeġġeġ lit-tfal u ż-żgħażagħ ikunu ċittadini attivi billi jippromwovu vuċi sħiħa li tkun mismugħa fil-livell skolastiku.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti qal li, “Din l-inizjattiva hija eżempju ċar ta' kif nistgħu ninvestu fil-futur ta' pajjiżna billi nibdew mill-komunitajiet tagħna. Irridu nkomplu ngħinu lil dawk li qed jieħdu r-rwol ta' tmexxija fil-kunsilli tal-istudenti, u għalhekk napprezza l-appoġġ kontinwu tal-edukaturi u l-koordinaturi tagħhom."

Huwa saħaq ukoll fuq l-importanza tad-demokrazija fil-ħajja ta' kuljum taż-żgħażagħ. “Id-demokrazija mhix biss kelma; hija valur li rridu ngħallmu u nrawmu. Permezz tal-kunsilli tal-istudenti, qed ngħinu liż-żgħażagħ jifhmu li kull vuċi tgħodd, u li huwa kruċjali li jkollhom l-opportunità li jesprimu ruħhom u jġibu bidla fil-komunità tagħhom," sostna s-segretarju parlamentari.

Fl-aħħar nett, huwa awgura lill-istudenti kollha u rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom biex din l-inizjattiva tkun ta' suċċess.

Simon Schembri, Manager Community and Outreach fi ħdan Aġenzija Żgħażagħ, saħaq fuq l-importanza li l-istudenti jiġu appoġġati fil-ħidma tagħhom u rringrazzja lil dawk kollha involuti fl-organizzazzjoni ta' dawn il-kunsilli, partikolarment lil dawk li qed jassistu lill-istudenti jimplimentaw l-ideat tagħhom. Huwa qal: “Li noffru lil dawn iż-żgħażagħ l-opportunità li jkunu vuċi attiva fl-iskola huwa mezz biex ninvestu mhux biss fil-komunità skolastika, iżda fil-ġenerazzjoni ta' għada."

Min-naħa tagħha, Miriam Teuma, Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ, qalet li, “Id-demokrazija ma nistgħux niħduha bħala xi ħaġa garantita. L-għan tagħna huwa li nkomplu nsostnu inizjattivi bħal dawn biex niżguraw li ż-żgħażagħ tagħna jkollhom l-opportunità jifhmu u jgħixu l-valuri demokratiċi sa minn età żgħira." Hija enfasizzat l-importanza li jgħinu liż-żgħażagħ isiru ċittadini attivi b'sens qawwi ta' tmexxija u responsabbiltà soċjali.

Permezz ta' din l-inizjattiva, il-kunsilli tal-istudenti kellhom l-opportunità li jorganizzaw attivitajiet għall-komunitajiet tagħhom. L-istudenti, permezz ta' dawn il-kunsilli, qed jiżviluppaw ħiliet importanti bħal public speaking, ippjanar u tmexxija, u qed jagħmlu differenza mhux biss fl-iskejjel tagħhom iżda wkoll fil-komunità b'mod ġenerali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tqassmu l-Premjijiet tad-Demokrazija tal-Kunsilli tal-Istudenti 2023-2024
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tqassmu l-Premjijiet tad-Demokrazija tal-Kunsilli tal-Istudenti 2023-2024
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tqassmu l-Premjijiet tad-Demokrazija tal-Kunsilli tal-Istudenti 2023-2024
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tqassmu l-Premjijiet tad-Demokrazija tal-Kunsilli tal-Istudenti 2023-2024
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow