Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr241679
Date Icon 16/10/2024

Waqt serata annwali li tikkommemora l-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, il-President Myriam Spiteri Debono appellat għal sens ta' patrijottiżmu kritiku Malti li jibni fuq il-passat u l-preżent, fl-istess waqt li jħares lejn il-futur.

Hija qalet li dan għandu jkollu l-għan ewlieni “li nkunu poplu aħjar, kburi bil-kisbiet, ġejjin minn fejn ġejjin u għamilhom min għamilhom u li nħarsu b'fiduċja u impenn lejn il-ġejjieni li għandu jkun verament tagħna lkoll."

Il-President saħqet li l-iskrutinju, il-kritika u azzjoni kontinwa huma neċessarji “jekk verament nemmnu f'Malta aħjar, li tmur “lil hinn miż-żewġ kampijiet ta' aħna u huma". Qalet li dan għandu jixpruna “Malta li tfittex li tgħaqqad lil uliedha naturali u dawk adottivi f'ponn wieħed."

F'dan is-sens, u fl-isfond taċ-ċelebrazzjonijiet tas-sittin sena mill-indipendenza u l-ħamsin sena ta' Malta Repubblika, il-President enfasizzat il-bżonn li “nerġgħu nħarsu mill-qrib lejn dak kollu li jgħaqqadna, lejn dak kollu li jiddistingwina u li jagħmilna min aħna."

Is-serata mużiko-letterarja kienet organizzata minn Festivals Malta, taħt il-patroċinju tal-President Myriam Spiteri Debono, u ħadet is-sura ta' intervista ma' Dun Karm Psaila b'qari wkoll ta' siltiet minn poeżiji u b'mużika.

Attendew is-serata mistiedna distinti li kkontribwixxew għall-iżvilupp tal-qasam letterarju u lingwistiku Malti.

pr241679a.pdf

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow