Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Enemalta u Animal Welfare jingħaqdu mal-Freephone Servizz.gov 153

pr241670
Date Icon 15/10/2024

Ippubblikati extension numbers ġodda għall-akbar Freephone f'Malta

Il-freephone ta' Servizz.gov 153 kompla jikber hekk kif ġie formalizzat ftehim – wara diversi xhur ta' proġett pilota - biex it-telefonati ta' customer care kemm tal-Enemalta kif ukoll tad-Dipartiment tal-Animal Welfare, jibdew jittieħdu mir-rappreżentanti ta' Servizz.gov. Huma jingħaqdu ma' għexieren ta' servizzi governattivi oħra offruti fuq l-istess linja, fosthom servizzi soċjali u edukattivi, servizzi relatati mat-taxxa u anzjanità attiva fost oħrajn.

Freephone 153 operat minn Servizz.gov sar l-akbar freephone f'pajjiżna, tant li fl-2023 irċieva 863,126 telefonata. Din is-sena diġà qed jirreġistra medja ta' madwar 3,000 telefonata kuljum.

Peress li qed jiżdiedu n-numru ta' servizzi offruti, Servizz.gov illum qed tħabbar lista ta' extension numbers biex iċ-ċittadin jingħaqad direttament mas-servizz li jkun jeħtieġ dak il-ħin.

Lista:

  • Sapport – extension 05
  • Taxxa – extension 06
  • VAT – extension 07
  • CTD – extension 08
  • DSS – extension 11
  • Anzjanità Attiva – extension 12
  • Edukazzjoni – extension 14
  • Enemalta - extension 15
  • REWS – extension 16
  • Animal Welfare – extension 17
  • Jobsplus – extension 18
  • *Baġit – extension 25
  • Servizzi oħrajn – extension 00

B'hekk, il-klijent se jċempel fuq il-freephone Servizz.gov 153, iżid in-numru addizzjonali meta mitlub mis-sistema, u jingħaqad direttament mar-rappreżentant dwar servizz speċifiku. Jekk il-klijent ma jkunx konxju tal-extension, se jkun jista' jisma' l-għażliet disponibbli.  Dan jiżgura konnessjoni bla xkiel, servizz aktar immedjat, u titjib fl-esperjenza ġenerali tal-klijent.

Waqt l-iffirmar tal-ftehim ma' Enemalta u l-Animal Welfare, il-Kap Eżekuttiv ta' Servizz.gov Massimo Vella qal li fl-aħħar xhur l-Aġenzija kompliet tkattar is-servizzi offruti u semma li fiż-żmien li ġej, aktar entitajiet tal-Gvern se jkomplu jingħaqdu fuq il-pjattaformi li joffri Servizz.gov. Enemalta kienet rappreżentata miċ-Chairman Eżekuttiv Ryan Fava, filwaqt li għad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ffirma s-Segretarju Permanenti Sharlo Camilleri.

* Din il-linja se tiġi attivata mid-29 ta' Ottubru 2024

STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV Enemalta u Animal Welfare jingħaqdu mal-Freephone Servizz.gov 153
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow