Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Għandha tiġi żgurata għajnuna umanitarja bla xkiel lil Gaża – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

pr241664
Date Icon 14/10/2024

“F’Gaża, il-kriżi umanitarja hija katastrofika. It-twassil tal-għajnuna umanitarja u r-rispett għal-Liġi Umanitarja Internazzjonali mhumiex negozjabbli.” Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-lum li sar fil-Lussemburgu. Il-laqgħa ppreċediet laqgħat oħra ta’ livell għoli li se jsiru din il-ġimgħa fi Brussell, fosthom il-Laqgħa Ministerjali UE-GCC għada filgħaxija u s-Summit UE-GCC ta’ nhar l-Erbgħa.

Id-Deputat Prim Ministru Borg saħaq li l-għoti ta’ għajnuna umanitarja mhix kwistjoni ta’ għażla iżda obbligu taħt il-Liġi Umanitarja Internazzjonali. Saħaq ukoll li filwaqt li Iżrael għandu d-dritt li jiddefendi lilu nnifsu, il-protezzjoni taċ-ċivili u l-aderenza mal-prinċipji umanitarji għandhom jibqgħu ta’ importanza kbira. Id-Deputat Prim Ministru tenna t-talba għal waqfien immedjat tal-ostilitajiet u l-implimentazzjoni ta’ waqfien mill-ġlied b’mod permanenti, li hija l-unika soluzzjoni vijabbli biex tittaffa l-kriżi umanitarja.

Dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, id-Deputat Prim Ministru Borg tenna l-appoġġ bla waqfien ta’ Malta għall-Ukrajna quddiem l-aggressjoni kontinwa tar-Russja. Malta se tkompli tipprovdi għajnuna umanitarja, speċjalment issa li qed toqrob ix-xitwa, filwaqt li taħdem mill-qrib ma’ msieħba internazzjonali biex issaħħaħ l-isforzi ta’ appoġġ. Malta tibqa’ impenjata li tikseb paċi komprensiva, ġusta u dejjiema għall-Ukrajna bbażata fuq il-prinċipji sodi tal-Karta tan-Nazzjonijiet Maqgħuda.

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-lum mas-Segretarju tal-Istat tar-Renju Unit għall-Affarijiet Barranin, Commonwealth, u Żvilupp, David Lammy, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg tenna l-apprezzament ta’ Malta għall-kooperazzjoni u s-solidarjetà kontinwi murija mir-Renju Unit f’diversi kriżijiet globali. Il-ministri ffokaw l-iskambju tagħhom fuq il-kriżijiet li għaddejjin fil-Lvant Nofsani u l-Ukrajna, b'enfasi partikolari fuq it-tisħiħ tal-isforzi diplomatiċi kollaborattivi. Id-Deputat Prim Ministru Borg saħaq fuq il-ħtieġa ta’ sforzi kontinwi lejn soluzzjoni politika sostenibbli fir-reġjun. “Id-diplomazija tibqa’ l-aktar għodda b'saħħitha tagħna,” afferma Ian Borg.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Għandha tiġi żgurata għajnuna umanitarja bla xkiel lil Gaża – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Għandha tiġi żgurata għajnuna umanitarja bla xkiel lil Gaża – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Għandha tiġi żgurata għajnuna umanitarja bla xkiel lil Gaża – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Għandha tiġi żgurata għajnuna umanitarja bla xkiel lil Gaża – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow