AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib minħabba li nstab li fih ħalib li mhuwiex iddikjarat fuq it-tikketta.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Nacho Cheese Snacks |
| Ditta: | Rockly |
| Lottijiet involuti: | Lottijiet manifatturati bejn l-01/10/2023 u l-01/10/2024 |
| Użin: | 18g |
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Nacho Cheese Snacks |
| Ditta: | Rockly |
| Lottijiet involuti: | Lottijiet manifatturati bejn l-01/10/2023 u l-01/10/2024 |
| Użin: | 18g |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN