Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija l-politika ‘Education Policy: Educators as Policy Makers’

pr241661
Date Icon 14/10/2024

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni llum nieda politika li permezz tagħha qed jiġi żgurat li l-vuċijiet tal-edukaturi jkunu ċentrali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-Politika 'Education Policy: Educators as Policy Makers' hija pass ieħor marbut mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni kif ukoll it-twettiq ta' miżura mħabbra fil-Manifest Elettorali tal-Gvern.

Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni huwa l-involviment inklużiv u sistematiku tal-edukaturi fil-fażi ta' konsultazzjoni. Kif kien imwiegħed fil-manifest elettorali  l-edukaturi għandu jkollhom rwol akbar ta' policy-makers u hemm bżonn li jkunu integrati aħjar fir-riċerka u fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-manifest wiegħed ukoll li jrid jissaħħaħ id-djalogu mal-edukaturi minn oqsma differenti biex magħhom tkun diskussa kull bidla intiża biex ittejjeb is-sistema edukattiva. Dan kollu qed jitwettaq permezz ta' din il-politika li tnediet illum.

“Nemmnu li f'pajjiżna kulħadd għandu sehem x'jagħti, inkluż l-istudenti u l-edukaturi. Dan diġà bdejna nwettquh permezz tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet li fil-perkors tal-ħidma tagħhom qed jinvolvu lil dawk kollha li huma konnessi fil-pjan tal-programmi ta' taħriġ u tagħlim li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-industrija f'pajjiżna. Illum qed immorru pass ieħor 'il quddiem għaliex b'din il-politika qed jiġi żgurat li l-vuċijiet tal-edukaturi se jkunu ċentrali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet," qal il-Ministru Clifton Grima. 

Bħala parti minn din il-politika li ġiet żviluppata bil-kollaborazzjoni bejn id-Direttorat għall-Ippjanar u l-Ħsieb Strateġiku u d-Direttorat għall-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni tal-Politika, inħoloq il-grupp ta' Tmexxija tal-Forum tal-Ħsieb għall-Futur tal-Edukazzjoni f'Malta (MEFF) biex jiżgura teħid ta' deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza. F'din il-politika saret emfasi fuq l-istakeholders diversi fil-proċess ta' konsultazzjoni, kemm dawk interni li jinkludu edukaturi u mexxejja tal-iskejjel, kif ukoll esterni: bħal ministeri oħra, rappreżentanti tal-industrija, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Il-politika tinkludi l-iżvilupp ta' linji gwida għall-ġbir ta' feedback fi stadji ewlenin tal-formulazzjoni ta' politiki ġodda, l-introduzzjoni tat-Transformation Hub bħala pjattaforma dinamika fejn l-edukaturi jikkontribwixxu direttament għall-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta' politiki u strateġiji edukattivi, impenn għall-kunfidenzjalità u l-ħolqien ta' spazju sigur għal djalogu miftuħ fit-Transformation Hub, li jiżgura l-privatezza u l-protezzjoni tal-edukaturi, u approċċ li jinkoraġġixxi lill-edukaturi biex jipparteċipaw f'diskussjonijiet dwar il-ħsieb strateġiku u x-xejriet futuri fl-edukazzjoni.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni Matthew Vella qal li permezz tat-tnedija taċ-ċentru ta' trasformazzjoni, qed jagħtu vuċi lill-edukaturi fit-tiswir tal-futur tal-edukazzjoni. “Billi ninvolvuhom direttament f'diskussjonijiet ta' politika, niżguraw li n-nies l-aktar qrib l-istudenti tagħna jkunu ċentrali għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-Malta Education Foresight Forum (MEFF) huwa aktar minn sempliċiment pjattaforma — huwa spazju kollaborattiv fejn ir-riċerka tissodisfa l-prattika, u fejn l-edukaturi, dawk li jfasslu l-politika, u l-esperti jingħaqdu flimkien biex ifasslu futur sostenibbli u inklużiv għall-edukazzjoni," temm jgħid is-Segretarju Permanenti.

Din il-politika hija sfond għal ambjent sigur fejn l-edukaturi u l-partijiet interessati jipprovdu għarfien informat għat-titjib kontinwu tas-sistema edukattiva lejn futur sostenibbli u progressiv.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija l-politika ‘Education Policy: Educators as Policy Makers’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija l-politika ‘Education Policy: Educators as Policy Makers’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow