Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI

pr241656
Date Icon 12/10/2024

Qbil biex kull sena fl-MCESD jiġi diskuss il-ġid tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol

Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) laħaq qbil sabiex kull sena tiġi diskussa l-kwistjoni tal-ġid tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. L-ewwel laqgħa ddedikata għal dan is-suġġett tant importanti se ssir f’Novembru li ġej. Waqt laqgħa oħra tal-Kunsill tal-MCESD, l-imsieħba soċjali ġew infurmati dwar proposti ewlenin għall-futur tas-servizzi tas-saħħa fiżika u mentali f’Malta u f’Għawdex. 

Id-deċiżjoni dwar diskussjoni dwar il-ġid tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol waslet wara talba li għamel is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul lill-imsieħba soċjali, li saħaq fuq il-bżonn li jsir djalogu dwar il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u l-impatt tas-saħħa fuq il-produttività. Il-proposta ġiet milqugħa b’mod unanimu, mhux biss biex din id-diskussjoni ssir f’Novembru, iżda wkoll biex tiġi inkluża fil-kalendarju tal-MCESD bħala avveniment annwali.

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul qal li din l-inizjattiva hija l-bidu ta’ xi ħaġa akbar, għaliex jemmen li hemm bżonn mhux biss ta’ aktar għarfien dwar din it-tema imma anke ta’ kampanja informattiva dwar prevenzjoni. Din l-inizjattiva mistennija tkompli ssaħħaħ il-ġid tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol u tgħin fil-kisba ta’ ambjent aktar seren. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li ma nistgħux nitkellmu fuq produttività kemm il-darba l-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol ma jaħdimx fit-trankwillità. 

Il-Ministru Jo Etienne Abela, f’preżentazzjoni dettaljata, spjega l-viżjoni li l-gvern għandu għall-qasam tas-saħħa b’mod ġenerali u tkellem ukoll dwar it-tema tas-saħħa mentali. Il-Ministru Abela tkellem dwar in-numru ta’ inizjattivi u proġetti li qed isiru biex tkompli l-ħidma favur il-pazjenti Maltin u Għawdxin. Semma fosthom il-proġett tal-Emerġenza li ser jara espansjoni u titjieb tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, il-proġett tal-bini mill-ġdid tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u kif ukoll ir-riforma fis-settur tas-saħħa mentali. “Din il-laqgħa mal-imsieħba soċjali kienet importanti immens fejn mhux biss kienet laqgħa li ddiskutejna s-settur tas-saħħa u l-viżjoni li għandna għall-futur tas-saħħa f’pajjiżna, imma wkoll smajna dak li għandhom xi jgħidu l-imsieħba u ser nkunu qed nikkunsidraw il-punti mqajma biex flimkien verament naħdmu favur is-settur tas-saħħa u l-pazjent,” temm jgħid il-Ministru Jo Etienne Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow