Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali b’saħħtu mal-YMCA biex persuni bi sfidi soċjali jsibu stabbiltà f’ħajjithom

pr241653
Date Icon 12/10/2024

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal estenda ftehim soċjali li għandu mal-YMCA, f’dak meqjus bħala l-ikbar pakkett finanzjarju fost il-ftehimiet kollha li saru sa issa. Dan il-ftehim b’allokazzjoni ta’ żewġ miljun ewro,  ser jassigura t-tmexxija tas-servizzi offruti minn erba’ residenzi mmexxija mill-istess għaqda. Aktar minn hekk, dan il-finanzjament wassal ukoll għall-ftuħ tar-raba’ residenza, Dar Simon Soler. B’hekk il-YMCA se jkollha sa massimu ta’ 60 sodda kuljum, għall-persuni li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom għal żmien temporanju.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon tkellem dwar kif dawn il-ftehimiet soċjali huma intiżi sabiex jgħinu lil dawn il-persuni jsibu appoġġ, jieħdu deċiżjonijiet, u eventwalment jerġgħu jgħixu b’mod indipendenti mingħajr ebda assistenza. “Il-gvern qiegħed hawn sabiex jassisti meta hemm bżonn, kif dejjem għamilna. Kommessi li nkomplu nagħtu l-appoġġ meħtieġ għax nemmnu fil-ġustizzja u s-solidarjetà soċjali ma’ kulħadd,” stqarr il-ministru.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-YMCA Anthony Camilleri enfasizza li dawn is-servizzi mhumiex biss xelter, iżda servizzi li jagħtu appoġġ psikosoċjali fit-tul. “Sal-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena, 50 persuna li bbenefikaw mis-servizzi tal-YMCA irnexxilhom jiksbu stabbiltà u reġgħu integraw lura fis-soċjetà, b’mod indipendenti. Dan huwa l-għan aħħari tagħna, li nerġgħu naraw persuna tqum fuq saqajha,” temm jgħid Anthony Camilleri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali b’saħħtu mal-YMCA biex persuni bi sfidi soċjali jsibu stabbiltà f’ħajjithom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali b’saħħtu mal-YMCA biex persuni bi sfidi soċjali jsibu stabbiltà f’ħajjithom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali b’saħħtu mal-YMCA biex persuni bi sfidi soċjali jsibu stabbiltà f’ħajjithom
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow