Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda Istituzzjoni Edukattiva Speċjalizzata oħra f’Malta

pr241652
Date Icon 12/10/2024

Tnediet uffiċjalment Istituzzjoni Edukattiva Speċjalizzata oħra f’pajjiżna - Ascencia Malta biex hekk Malta se tingħaqad ma’ kampus oħrajn madwar id-dinja, li huma kollha parti minn din l-istituzzjoni prestiġjuża. Ascencia Malta issa għandha l-kampus tagħha f’Malta wkoll, flimkien ma’ dawk f’Pariġi, Dakar, Dubai, Valencia u Washington. Ascencia Malta kienet inawgurata uffiċjalment mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima li ddeskriva l-okkażjoni bħala tragward importanti fis-settur edukattiv ta’ pajjiżna. “Ascencia Malta hija istituzzjoni mibnija fuq il-pedament ta’ eċċellenza akkademika, innovazzjoni, u impenn profond biex tiżviluppa s-suċċess fis-settur speċjalizzat tagħha,” qal il-Ministru Grima.

Fl-aħħar sentejn minn meta twaqqfet, mill-kampus modern fil-Furjana, Ascencia Malta diġà għamlet passi kbar, u għandha l-programmi akkademiċi tagħha akkreditati mill- Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Għolja (MFHEA). Il-programmi kollha huma rikonoxxuti mill-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki u appoġġjati mill-Erasmus+ u l-inizjattiva Get Qualified ta’ Malta. Ascencia Malta toffri firxa wiesgħa ta’ programmi, minn Bachelor sa Masters u Dottorati, bi speċjalizzazzjoni f’oqsma bħal Amministrazzjoni tan-Negozju, Xjenza tal-Kompjuters, Immaniġġjar, Imprenditorija, u ħafna oħrajn. Dawn il-programmi huma mfassla minn esperti fl-industrija biex jipprovdu lill-istudenti esperjenzi prattiċi, li jservuhom għad-dinja professjonali. L-istituzzjoni hija impenjata li tipprovdi edukazzjoni ħolistika li taqdi l-bżonnijiet tal-ekonomija globali tal-lum. Waħda mill-punti ewlenin b’saħħithom tal-istituzzjoni hija l-portata internazzjonali tagħha. Ascencia Malta hija parti mill-network tal-College de Paris, li tospita fakultà u studenti minn madwar id-dinja.

Tess Giordmaina, Direttur ta’ Ascensia Malta spjegat li l-Istituzzjoni Edukattiva hija mibnija fuq bażi soda ta’ integrità akkademika u eċċellenza flimkien ma’ impenn lejn it-tagħlim, u l-promozzjoni tal-għarfien u s-suċċess tan-negozju. Ascencia Malta topera bħala istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla, skola tal-lingwa Ingliża, u skola online b’liċenzja sħiħa. Din is-sena Ascensia Malta qed tilqa’ studenti minn 15-il pajjiż differenti reġistrati f’varjetà ta’ korsijiet minn livell ta’ undergraduate sa livell ta’ Master. 

“M’għandix dubju li dawn l-istudenti se jiksbu suċċess kbir, mhux biss f’Malta imma madwar id-dinja, bħala ambaxxaturi tal-edukazzjoni ta’ kwalità għolja li rċevew f’pajjiżna,” qal il-Ministru Clifton Grima. Huwa qal li din l-Istituzzjoni għandha futur sabiħ, kemm il-kampus f’Malta u, aktar importanti, l-istudenti tagħha. “Nawgura żvilupp kontinwu u suċċess lil Ascencia Malta fil-kontribut għall-formazzjoni tal-futur tal-edukazzjoni f’Malta u lil hinn,” temm jgħid il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda Istituzzjoni Edukattiva Speċjalizzata oħra f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda Istituzzjoni Edukattiva Speċjalizzata oħra f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda Istituzzjoni Edukattiva Speċjalizzata oħra f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow