Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Aktar appoġġ lill-ħaddiema tas-saħħa favur servizz lin-nies – il-Prim Ministru f’laqgħa ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-Budget mal-MUMN

PR241629
Date Icon 09/10/2024

Il-Gvern estenda l-inizjattiva li permess tagħha infermiera li sfortunatament jimirdu serjament, jingħataw aktar flessibbiltà b'rabta ma' xogħolhom sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb saħħithom filwaqt li jkollhom aktar serħan il-moħħ. Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa oħra ta' konsultazzjoni ta' qabel il-Budget, mal-MUMN.

Fil-Berġa ta' Kastilja, il-Prim Ministru elenka numru ta' inizjattivi u miżuri li saru sabiex ikomplu jissaħħu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa b'mod partikolari l-infermiera u l-qwiebel. Il-Prim Ministru Robert Abela sema' l-ħsibijiet tal-unjin imbagħad sostna wkoll li l-Gvern qed ikompli jaħdem biex itejjeb is-servizzi fil-qasam tas-saħħa, partikolarment fil-komunità.

Il-Prim Ministru semma wkoll prattiċi iżjed flessibbli għall-infermiera minħabba sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jinqalgħu fil-familji tagħhom. Qal li inizjattivi oħra fosthom suġġeriment tal-MUMN dwar infermiera ġodda li jaħdmu mal-kuntrattur jingħataw kors intensiv sabiex ikun assigurat kwalità fis-servizz, huma ppjanati li jkomplu jiġu introdotti.

Il-Prim Ministru rrimarka wkoll li l-Gvern qed ikompli jaħdem biex iżid in-numru ta' infermiera li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei. Fil-fatt, ħabbar li fid-Dipartiment tal-Emerġenza riċentament żdiedu 40 infermier ġdid.

Għan-naħa tal-Gvern, fil-laqgħa mal-Prim Ministru kien hemm il-Ministri Clyde Caruana u Jo Etienne Abela, is-Segretarji Parlamentari Andy Ellul u Malcolm Paul Agius Galea, id-Deputati tal-Gvern Deo Debattista u Romilda Zarb u l-Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Mark Mallia.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Aktar appoġġ lill-ħaddiema tas-saħħa favur servizz lin-nies – il-Prim Ministru f’laqgħa ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-Budget mal-MUMN
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Aktar appoġġ lill-ħaddiema tas-saħħa favur servizz lin-nies – il-Prim Ministru f’laqgħa ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-Budget mal-MUMN
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow