Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

PR241628
Date Icon 09/10/2024

Il-Kumitat Konsultattiv fi ħdan l-Aġenzija Xjenza Malta se jkun iffurmat skont rakkomandazzjoni li saret mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta' Peer Review li sar bl-għajnuna ta' esperti internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. Fost dawn ir-rakkomandazzjonijiet ta' dawn l-esperti kien hemm rakkomandazzjoni importanti li jkun hemm tisħiħ tal-istruttura amministrattiva sabiex din tkun waħda independenti u separata mill-Gvern u l-benefiċjarji u wkoll trasparenti, imsawra bl-għarfien tekniku meħtieġ fejn jidħlu rakkomandazzjonijiet u pariri ta' natura xjentifika u teknika.

Għalhekk b'referenza għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jisħaq li l-Kumitat Konsultattiv huwa maħsub sabiex jindirizza r-rakkomandazzjoni tal-Peer Review li jkun hemm “an independent consultative forum". Id-direzzjoni min-naħa tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward huwa ċar u kellu jiġi rifless fl-istruttura regolatorja. Dan il-mudell huwa dak li jintuża fl-aġenziji li huma responsabbli għar-riċerka u l-innovazzjoni ta' diversi pajjiżi, fejn huma jagħmlu distinzjoni bejn it-tmexxija amministrattiva u dawk l-istrutturi li għandhom ir-responsabbiltà li jagħmlu rakkomandazzjonijiet li huma ta' natura xjentifika u teknika.

Għalhekk il-Kumitat Konsultattiv, kif propost mill-Gvern, huwa maħsub b'mod li jelimina kull possibbiltà ta' kunflitt ta' interess fil-qafas tal-governanza tal-Aġenzija. Tajjeb li wieħed jinnota l-ħidma tal-Gvern li wasslet f'avvanzi li qegħdin iseħħu fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-ħidma biex inkomplu nixprunaw 'il quddiem dan is-settur permezz ta' aktar tisħiħ tar-riżorsi u fuq kollox il-fiduċja fix-xogħol siewi ferm li qiegħed jitwettaq mill-aġenzija tal-Gvern, Xjenza Malta.

Wieħed irid jinnota wkoll li fl-2012, il-gvern ta' dak iż-żmien kien jiddedika total ta' €1.6 miljun għall-ispiża kollha fuq riċerka u innovazzjoni permezz ta' programm wieħed biss bl-isem ta' 'Research & Innovation Programme', li kien irriżulta f'total ferm baxx u inadegwat ta' tmien proġetti biss. Din is-sena n-nefqa hija ta' €9 miljuni f'total ta' 25 programm u skemi differenti amministrati minn Xjenza Malta, ċifra li ma tinkludix investimenti oħra tal-Gvern li jsiru permezz ta' diversi skemi amministrati minn entitajiet oħra.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow