Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jittella’ l-Workshop “L-Ispazju bħala Fattur Ewlieni għas-Servizzi Governattivi” – Inizjattiva ewlenija għat-tisħiħ tas-servizzi marittimi u tas-sigurtà

PR241627
Date Icon 09/10/2024

L-ispazju huwa mezz li jista' jintuża biex jappoġġja servizzi governattivi fil-qasam marittimu u tas-sigurtà. L-użu ta' servizzi ta' navigazzjoni u tal-komunikazzjoni satellitari avvanzati Ewropej jgħinu kemm l-operaturi pubbliċi kif ukoll dawk privati, inkluż start-ups u SMEs, u l-komunità lokali ta' riċerkaturi spazjali.

Dan ħareġ waqt workshop organizzat minn Xjenza Malta flimkien mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm tal-Ispazju (EUSPA), fejn esperti Maltin u barranin iddiskutew kif l-ispazju jista' jservi bħala mezz ta' għajnuna għal servizzi governattivi fil-qasam marittimu u tas-sigurtà.

Id-diskussjonijiet matul il-workshop iffukaw fuq l-użu tas-servizzi satellitari minn operaturi Maltin pubbliċi u privati, fejn il-EUSPA mistennija tappoġġja l-promozzjoni ta' dawn is-servizzi biex jikbru aktar fi ħdan l-infrastruttura ta' pajjiżna.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, fil-messaġġ tal-ftuħ ta' dan il-workshop, tkellem dwar l-importanza ta' dan is-settur għall-ekonomija Maltija u li permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ qed titwassal aktar informazzjoni dwar il-potenzjal ta' dawn is-servizzi. “Infaħħar ir-rwol ta' Xjenza Malta f'dan is-settur għas-suċċessi miksuba, kif ukoll għall-pjan biex tiżdied il-koperazzjoni mal-Unjoni Ewropea li twassal għal żieda fil-benefiċċji lokalment," qal il-Ministru Grima.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, qal li, “Il-qasam spazjali qed jikseb dejjem aktar rilevanza f'diversi setturi, mhux biss fix-xjenza imma wkoll fl-operat ta' kuljum. Huwa kruċjali li nkomplu ninvestu fir-riċerka u fl-innovazzjoni, biex inkunu nistgħu nappoġġjaw mhux biss entitajiet pubbliċi iżda wkoll lill-intrapriżi żgħar u start-ups Maltin li jistgħu jibbenefikaw mill-użu tat-teknoloġiji spazjali. Dan il-workshop huwa pass importanti biex niżguraw li Malta tibqa' fuq quddiem fil-qasam teknoloġiku, b'impenn fuq il-kompetittività u s-sigurtà."

Matul il-workshop, esperti tal-EUSPA wrew il-potenzjal tal-Programm tal-Ispazju tal-UE biex ikunu indirizzati sfidi nazzjonali, kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar. Waqt numru ta' diskussjonijiet, esperti governattivi lokali identifikaw każijiet speċifiċi tal-użu tad-data satellitari u esploraw il-possibiltajiet għal aktar koperazzjoni fil-futur.

Rodrigo Da Costa, Direttur Eżekuttiv fl-EUSPA, spjega kif, “Il-Programm tal-Ispazju tal-Unjoni Ewropea huwa importanti għall-iżvilupp teknoloġiku u ekonomiku. L-EUSPA hija impenjata li tappoġġa l-implimentazzjoni u l-użu ta' dan il-programm madwar il-pajjiżi membri kollha. Permezz tal-inkoraġġiment tal-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni, ngħinu biex noħolqu Ewropa aktar konnessa u reżiljenti. Dan il-workshop juri l-impenn tagħna biex nintegraw is-servizzi satellitari fl-operat ta' kuljum, li jtejbu l-kapaċitajiet kemm tas-settur pubbliku kif ukoll tal-privat."

Xjenza Malta ppreżentat ir-riżultati ta' eżerċizzju li għamlet dwar data satellitari li kienu diskussi minn rappreżentanti tad-dipartimenti tal-gvern u ta' entitajiet pubbliċi li flimkien identifikaw l-użu tagħhom. Ir-riżultati ta' dan l-istudju, flimkien ma' rakkomandazzjonijiet dwar kif jista' jkun hemm użu ulterjuri tad-data satellitari fis-settur pubbliku, se jiġu ppubblikati fil-jiem li ġejjin minn Xjenza Malta, wara konsultazzjonijiet tekniċi ulterjuri mal-EUSPA.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jittella’ l-Workshop “L-Ispazju bħala Fattur Ewlieni għas-Servizzi Governattivi” – Inizjattiva ewlenija għat-tisħiħ tas-servizzi marittimi u tas-sigurtà
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jittella’ l-Workshop “L-Ispazju bħala Fattur Ewlieni għas-Servizzi Governattivi” – Inizjattiva ewlenija għat-tisħiħ tas-servizzi marittimi u tas-sigurtà
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jittella’ l-Workshop “L-Ispazju bħala Fattur Ewlieni għas-Servizzi Governattivi” – Inizjattiva ewlenija għat-tisħiħ tas-servizzi marittimi u tas-sigurtà
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow