Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL

PR241602
Date Icon 05/10/2024

Fi tmiem din il-ġimgħa qed isir pagament ieħor tal-In Work Benefit. Dan il-pagament ikopri l-perjodu bejn Lulju u Settembru 2024.

B’kollox se jkunu qed jirċievu l-benefiċċju 23,673 familja b’investiment ta’ €3.9 miljun. Minn Jannar sa Settembru dan l-investiment fl-In Work Benefit kien ta’ €11.3 miljun.

Dan il-benefiċċju jitħallas lill-ġenituri li jaħdmu u li għandhom tfal taħt it-23 sena. Hemm tliet kategoriji ta’ ġenituri:

1. Koppji jaħdmu t-tnejn bi dħul mill-impjieg anqas minn €50,000 fis-sena;

2. Koppji b’wieħed mill-ġenituri jaħdem bi dħul mill-impjieg anqas minn €35,000 fis-sena; u

3. Single parents li jaħdmu bi dħul mill-impjieg anqas minn €35,000 fis-sena.

F’kull każ hemm minimu ta’ dħul li tali familji irid ikollhom biex jikkwalifikaw. L-informazzjoni dwar id-dħul tinġieb b’mod awtomatiku mid-Dipartiment tat-Taxxa u għalhekk il-benefiċjarji m’għandhomx bżonn japplikaw.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow